|
+Artikolu 29 2. |
Artikolu 29 2.Fejn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikat jew ma tkunx ikkonformat ma' deċiżjoni mill-Bord skontdan ir-Regolament jew applikatha b'tali mod li jhedded kwalunkwe wieħed mill-objettivi ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 14 jew l-implimentazzjoni effikaċi tal-iskema ta' riżoluzzjoni, il-Bord jista' jkollu jordna lil istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li:
(a)
f'każ ta' azzjoni skont l-Artikolu 18, tittrasferixxi għand persuna oħra drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet speċifikati ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;
(b)
f'każ ta' azzjoni skont l-Artikolu 18, tesiġi l-konverżjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn li jkun fih terminu kuntrattwali għall-konverżjoni fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 21;
(c)
tadotta kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa biex tikkonforma mad-deċiżjoni inkwistjoni. Il-Bord għandu jadotta deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu biss jekk il-miżura tindirizza b'mod sinifikanti t-theddida għall-objettiv ta' riżoluzzjoni rilevanti jew l-implimentazzjoni effikaċi tal-iskema ta' riżoluzzjoni. Qabel ma jiddeċiedi li jimponi kwalunkwe miżura l-Bord għandu jinnotifika l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni dwar il-miżura li jkun beħsiebu jieħu. Dik in-notifika għandha tinkludi dettalji tal-miżuri previsti, ir-raġunijiet għal dawk il-miżuri u d-dettalji ta' meta jkun previst li l-miżuri jidħlu fis-seħħ. In-notifika għandha ssir mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma l-miżuri jkunu se jidħlu fis-seħħ. F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ma jkunx possibbli li jingħata preavviż ta' 24 siegħa, il-Bord jista' jwassal in-notifika anqas minn 24 siegħa qabel ma jkun previst id-dħul fis-seħħ tal-miżuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|