+Artikolu 32 Konsultazzjoni ta', ukooperazzjoni ma',Stati Membri mhux parteċipantiu ma' pajjiżi terzi
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.

Artikolu 32 Konsultazzjoni ta', ukooperazzjoni ma',Stati Membri mhux parteċipantiu ma' pajjiżi terzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.
►M6  Meta grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti kif ukoll fi Stati Membri mhux parteċipanti jew f’pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe approvazzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament, il-Bord għandu jirrappreżenta lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti għall-finijiet ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikoli 7, 8, 12, 13, 16, 18, 45h, 55, u 88 sa 92 tad-Direttiva 2014/59/UE. ◄

Fejn grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti u sussidjarji stabbiliti, jew fergħat sinifikanti li jinsabu, fi Stati Membri mhux parteċipanti, il-Bord għandu jikkomunika kwalunkwe pjanijiet, deċiżjonijiet jew miżuri imsemmija fl-Artikoli 8, 10, 11, 12 u 13, rilevanti għall-grupp lill-awtoritajiet kompetenti u/jew lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti, kif xieraq.

Artikolu 32 2.
Il-Bord, il-BĊE u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti għandhom jikkonkludu memorandum ta' fehim li jiddeskrivi f'termini ġenerali kif dawn għandhom jikkooperaw ma' xulxin fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont id-Direttiva 2014/59/UE.

Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu l-Bord għandu jikkonkludi memorandum ta' fehim mal-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' kull Stat Membru mhux parteċipanti li jkun jospita mill-inqas istituzzjoni globali sistemikament importanti waħda, identifikata bħala tali skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 32 3.
Kull memorandum għandu jiġi rivedut fuq bażi regolari u għandu jiġi ppubblikat soġġett għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali.
Artikolu 32 4.
Il-Bord għandu jikkonkludi, f'isem l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri parteċipanti, arranġamenti ta' kooperazzjoni mhux vinkolanti bi qbil mal-arranġamenti tal-qafas ta' kooperazzjoni tal-ABE msemmija fl-Artikolu 972) tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-bord għandu jinnotifika lill-ABE dwar tali arranġament ta' kooperazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.