+Artikolu 33 Rikonoxximent u infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
|
Artikolu 33 Rikonoxximent u infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi dment li u sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali mal-pajjiż terz rilevanti kif imsemmifl-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta' ftehim internazzjonali kif imsemmifl-Artikolu 93(1) ta' dik id-Direttiva mal-pajjiż terz rilevanti dment li r-rikonoxximent u l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi ma jkunux regolati minn dak il-ftehim.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Il-Bord għandu jevalwa u joħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni mwettqa mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' istituzzjoni ta' pajjiż terz jew ta' impriża prinċipali ta' pajjiż terz li għandhom:
(a)
sussidjarja waħda jew aktar tal-Unjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti wieħed jew aktar; jew
(b)
assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet li jinsabu fi Stat Membru parteċipanti wieħed jew aktar, jew ikunu regolati mil-liġi tal-Istati Membri parteċipanti.
Il-Bord għandu jwettaq il-valutazzjoni tiegħu, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, u flimkien mal-awtoritajiet Ewropej ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri mhux parteċipanti, fejn ikun hemm kulleġġ ta' riżoluzzjoni stabbilit f'konformita' mal-Artikolu 89 tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-valutazzjoni għandha tagħti konsiderazzjoni xierqa tal-interessi ta' kull Stat Membru parteċipanti individwali fejn topera istituzzjoni jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz, u partikolarment lill-impatt potenzjali tar-rikonoxximent u l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni minn pajjiż terz dwar partijiet oħra tal-grupp u lill-istabilità finanzjarja f'dawk l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 33 3.
|
Il-Bord għandu jirrakkomanda li jkun miċħud ir-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk jikkunsidra li:
(a)
il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz jista' jkollhom effett negattiv fuq l-istabbilità finanzjarja ta' Stat Membru parteċipanti;
(b)
il-kredituri, inklużi partikolarment id-depożitanti li jinsabu jew li jitħallsu fi Stat Membru parteċipanti mhux se jirċievu l-istess trattament bħall-kredituri u depożitanti tal-pajjiż terz bl-istess drittijiet legali skont il-proċedimenti domestiċi ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz;
(c)
ir-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ikollhom implikazzjonijiet fiskali materjali għall-Istat Membru parteċipanti; jew
(d)
l-effetti ta' tali rikonoxximent jew infurzar ikunu kuntrarji għal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti.
|
|
Artikolu 33 4.
|
L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Bord u għandhom jitolbu r-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni fit-territorji rispettivi tagħhom, jew għandhom jispjegaw permezz ta' dikjarazzjoni motivata għalfejn ma jistgħux jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
|
|
Artikolu 33 5.
|
Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entitajiet ta' pajjż terz, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom, fejn xieraq, jużaw is-setgħat mogħtija lilhom abbażi tad-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 94 (4) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|