|
+Artikolu 35 1. |
Artikolu 35 1.Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, u soġġett għal kwalunkwe kondizzjoni oħra stipulata fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-Bord jista' permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew direttament, wara li jinfurmahom, iwettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa dwar kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika msemmija fl-Artikolu 34(1) stabbilita jew li tinsab fi Stat Membru parteċipanti. Għal dak il-għan, il-Bord jista':
(a)
jeżiġi s-sottomissjoni ta' dokumenti;
(b)
jeżamina l-kotba u r-reġistri ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika msemmija fl-Artikolu 34(1) u jieħu kopji jew estrazzjonijiet mit-tali kotba u reġistri;
(c)
jikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali minn kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika msemmija fl-Artikolu 34(1) jew mir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;
(d)
jintervista lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-soġġett ta' investigazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|