+Artikolu 35 Investigazzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
|
Artikolu 35 Investigazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, u soġġett għal kwalunkwe kondizzjoni oħra stipulata fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-Bord jista' permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew direttament, wara li jinfurmahom, iwettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa dwar kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika msemmija fl-Artikolu 34(1) stabbilita jew li tinsab fi Stat Membru parteċipanti. Għal dak il-għan, il-Bord jista':
(a)
jeżiġi s-sottomissjoni ta' dokumenti;
(b)
jeżamina l-kotba u r-reġistri ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika msemmija fl-Artikolu 34(1) u jieħu kopji jew estrazzjonijiet mit-tali kotba u reġistri;
(c)
jikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali minn kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika msemmija fl-Artikolu 34(1) jew mir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;
(d)
jintervista lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-soġġett ta' investigazzjoni.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 34(1) għandhom ikunu soġġetti għall-investigazzjonijiet imnedija abbażi ta' deċiżjoni tal-Bord. Fejn persuna tfixkel it-twettiq tal-investigazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikunu jinsabu l-uffiċċji rilevanti għandhom joffru, f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-assistenza neċessarja inkluż l-iffaċilitar għall-aċċess mill-Bord fil-bini minn fejn joperaw il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 34(1), sabiex dawk id-drittijiet jkunu jistgħu jiġu eżerċitati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|