+Artikolu 36 Ispezzjonijiet fuq il-post
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
---+Artikolu 36 5.

Artikolu 36 Ispezzjonijiet fuq il-post

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.
Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, u soġġett għal kondizzjonijiet oħra stipulati fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-Bord jista', f'konformita' mal-Artikolu 37 u soġġett għal notifika minn qabel lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti konċernati, u, fejn xieraq b'kooperazzjoni magħhom, jagħmel l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fil-bini tal-operat tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 34(1). Fejn it-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, il-Bord jista' jagħmel ispezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż minn qabel lil dawk il-persuni ġuridiċi.
Artikolu 36 2.
L-uffiċjali tal-Bord u persuni oħra awtorizzati minnu biex jagħmlu ispezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini u art tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-Bord skont l-Artikolu 35(2) u għandu jkollhom is-setgħat kollha msemmija fl-Artikolu 35(1).
Artikolu 36 3.
Il-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 34(1) għandhom ikunu soġġetti għal ispezzjonijiet fuq il-post abbażi ta' deċiżjoni tal-Bord.
Artikolu 36 4.
L-uffiċjali ta', u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati jew maħtura minn, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn se ssir l-ispezzjoni għandhom, taħt is-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-Bord, jgħinu attivament lill-uffiċjali ta', u persuni oħra awtorizzati minn, il-Bord. Għal dak il-għan, huma għandhom igawdu mis-setgħat msemmija fil-paragrafu 2. Uffiċjali ta', u persuni oħra li jakkumpanjaw awtorizzati jew maħtura minn, awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti konċernati għandujkollhom ukoll id-dritt li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
Artikolu 36 5.
Fejn l-uffiċjali tal-BĊE u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati jew maħtura mill-Bord isibu li persuna topponi xi ispezzjoni ordnata skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti konċernat għandhom joffrulhom l-għajnuna meħtieġa skont il-liġi nazzjonali. Sal-limitu meħtieġ għall-ispezzjoni, din l-għajnuna għandha tinkludi l-issiġillar ta' kwalunkwe post tal-operat u kotba jew reġistri. Fejn dik is-setgħa ma tkunx disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali konċernati, huma għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom biex jitolbu l-assistenza meħtieġa ta' awtoritajiet nazzjonali oħrajn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.