+Artikolu 45 Trasparenza u obbligu ta’ rendikont
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 3a.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
---+Artikolu 45 8.
|
Artikolu 45 Trasparenza u obbligu ta’ rendikont
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Il-Bord għandu jkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, skont il-paragrafi 2 sa 8.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Il-Bord għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti skont l-Artikolu 46, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, rapport annwali dwar it-twettiq tal-kompiti kkonferit lilu minn dan ir-Regolament. Soġġett għar-rekwiżiti dwar is-segretezza professjonali, dak ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-Bord.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Il-President għandu jippreżenta dan ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 45 3a.
|
Il-Bord għandu jippubblika l-politiki, il-linji gwida, l-istruzzjonijiet ġenerali u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tiegħu dwar ir-riżoluzzjoni b’mod ġenerali u dwar il-prattiki u l-metodoloġiji ta’ riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati fi ħdan l-SRM, sakemm tali pubblikazzjoni ma tinvolvix id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali. Dak ir-rekwiżit ta’ pubblikazzjoni ma għandux japplika għal dokumenti li jkun fihom gwida jew struzzjonijiet lil timijiet interni ta’ riżoluzzjoni jew dokumenti oħra mħejjija purament għall-finijiet ta’ skambju intern ta’ informazzjoni fi ħdan l-SRM.
|
|
Artikolu 45 4.
|
Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, il-President għandu jieħu sehem f'seduta dwar it-twettiq tal-kompiti ta' riżoluzzjoni tal-Bord mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Għandha ssir seduta tal-inqas annwalment.
|
|
Artikolu 45 5.
|
Il-President jista' jinstema' mill-Kunsill, fuq talba tal-Kunsill, fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti ta' riżoluzzjoni tal-Bord.
|
|
Artikolu 45 6.
|
Il-Bord għandu jwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għall-mistoqsijiet indirizzati lilu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, skont il-proċeduri tiegħu, u fi kwalunkwe każ fi żmien ħames ġimgħat mill-wasla ta' mistoqsija.
|
|
Artikolu 45 7.
|
Fuq talba, il-President għandu jagħmel diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President u l-Viċi Presidenti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew fejn tali diskussjonijiet huma meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont it-TFUE. Għandu jiġi konkluż ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Bord dwar il-modalitajiet dettaljati għall-organizzazzjoni ta' tali d-diskussjonijiet, bil-ħsieb li tiġi żgurata kunfidenzjalità sħiħa skont ir-rekwiżiti ta' segretezza professjonali imposti fuq il-Bord minn dan ir-Regolament u meta l-Bord ikun qed jaġixxi bħala awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 45 8.
|
Matul kwalunkwe investigazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Bord għandu jikkoopera mal-Parlament Ewropew, soġġett għat-TFUE u għar-regolamenti msemmija fl-Artikolu 226 tiegħu. Fi żmien sitt xhur mill-ħatra tal-President, il-Bord u l-Parlament Ewropew għandhom jikkonkludu arranġamenti xierqa dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tal-obbligu ta' rendikont u ta' sorveljanza demokratiċi fuq it-twettiq tal-kompiti konferiti fuq il-Bord minn dan ir-Regolament. Soġġett għas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 226 TFUE, dawk l-arranġamenti jkopru, inter alia, aċċess għall-informazzjoni, inkluż regoli dwar l-immaniġġjar u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata jew kunfidenzjali, il-kooperazzjoni fis-seduti, kif imsemmi fl-Artikolu 45(4) ta' dan ir-Regolament, id-diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm, rapporti, tweġibiet għal mistoqsijiet, investigazzjonijiet u informazzjoni dwar il-proċedura ta' għażla tal-President, tal-Viċi President u tal-erba' membri msemmija fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|