+Artikolu 50 Kompiti
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.

Artikolu 50 Kompiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.

Fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Bord għandu:

(a) 

kull sena jadotta, sat-30 ta' Novembru, il-programm ta' ħidma annwali tal-Bord għas-sena sussegwenti, abbażi ta' abbozz ippreżentat mill-President u jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-BĊE;

(b) 

jadotta u jissorvelja l-baġit annwali tal-Bord skont l-Artikolu 61(2) u japprova l-kontijiet finali tal-Bord u jagħti l-kwittanza lill-President skont l-Artikolu 63(4) u (8);

(c) 

soġġett għall-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, jiddeċiedi dwar l-użu tal-Fond, jekk ikun meħtieġ appoġġ għall-Fond f'dik l-azzjoni ta' riżoluzzjoni speċifika li jmur lil hinn mil-limtu ta' EUR 5 000 000 000 u li għalih il-kalkolu għal-likwidità jkun ta' 0.5;

(d) 

ladarba l-użu nett akkumullat tal-Fond tul l-aħħar 12-il xahar konsekuttivi jilħaq il-livell limitu ta' EUR 5 000 000 000 , jevalwa l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, partikolarment l-użu tal-Fond, u joffri gwida li s-sessjoni eżekuttiva għandha ssegwi fid-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni sussegwenti tagħha, partikolarment, dwar id-divrenzjar bejn il-likwidità u forom oħra ta' trasport, jekk ikun xieraq;

(e) 

jiddeċiedi dwar il-bżonn li jinġabru kontibuzzjonijiet ex-post straordinarji f'konformità mal-Artikolu 71, dwar is-self volontarju bejn arranġamenti ta' finanzjament skont l-Artikolu 72, dwar mezzi finanzjarji alternattivi skont l-Artikolu 73 u 74, u dwar il-mutwalizzazzjoni tal-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament skont l-Artikolu 78, li jinvolvi l-appoġġ għall-Fond li jmur lil hinn mil-limitu msemmi fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

(f) 

jiddeċiedi dwar l-investimenti skont l-Artikolu 75;

(g) 

jadotta r-rapport annwali ta' attività dwar l-attivitajiet tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 45 li għandu jippreżenta spjegazzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;

(h) 

jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Bord f'konformità mal-Artikolu 64;

(i) 

jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom ikunu implimentati;

(j) 

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(k) 

jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu u dawk tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu;

(l) 

f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Bord, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (“Kondizzonijiet tal-Impjieg”) lill-Awtorità bis-Setgħa Tikkonkludi Kuntratti ta' Impjieg (“setgħat tal-awtorità li taħtar”);

(m) 

jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

▼M6

(n) 

jaħtar Uffiċjal tal-Kontabilità u awditur intern, soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, li għandhom ikunu funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom;

▼B

(o) 

jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);

(p) 

jieħu d-deċiżjoni kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Bord u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom;

(q) 

japprova l-qafas imsemmi fl-Artikolu 31(1) biex jorganizza l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 50 2.
Meta tieħu deċiżjonijiet, is-sessjoni plenarja tal-Bord għandha taġixxi skont l-oġġettivi kif speċifikati fl-Artikoli 6 u 14.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-iskema ta' riżoluzzjoni mħejjija mis-sessjoni eżekuttiva għandha titqies bħala adottata sakemm, fi żmien tliet sigħat mis-sottomissjoni tal-abbozz mis-sessjoni eżekuttiva lis-sessjoni plenarja, tal-inqas membru wieħed mis-sessjoni plenarja jkun sejjaħ laqgħa tas-sessjoni plenarja. Fil-każ tal-aħħar, is-sessjoni plenarja għandha tieħu deċiżjoni dwar l-iskema ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 50 3.
Fis-sessjoni plenarja tiegħu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lill-President u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li skonthom tista' tiġi sospiża d-delega ta' setgħat. Il-President għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.

F' ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, jista' permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lill-President u lil kull sottodelegat mill-President u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex il-President.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.