|
+Artikolu 50 1. |
Artikolu 50 1.Fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Bord għandu:
(a)
kull sena jadotta, sat-30 ta' Novembru, il-programm ta' ħidma annwali tal-Bord għas-sena sussegwenti, abbażi ta' abbozz ippreżentat mill-President u jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-BĊE;
(b)
jadotta u jissorvelja l-baġit annwali tal-Bord skont l-Artikolu 61(2) u japprova l-kontijiet finali tal-Bord u jagħti l-kwittanza lill-President skont l-Artikolu 63(4) u (8);
(c)
soġġett għall-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, jiddeċiedi dwar l-użu tal-Fond, jekk ikun meħtieġ appoġġ għall-Fond f'dik l-azzjoni ta' riżoluzzjoni speċifika li jmur lil hinn mil-limtu ta' EUR 5 000 000 000 u li għalih il-kalkolu għal-likwidità jkun ta' 0.5;
(d)
ladarba l-użu nett akkumullat tal-Fond tul l-aħħar 12-il xahar konsekuttivi jilħaq il-livell limitu ta' EUR 5 000 000 000 , jevalwa l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, partikolarment l-użu tal-Fond, u joffri gwida li s-sessjoni eżekuttiva għandha ssegwi fid-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni sussegwenti tagħha, partikolarment, dwar id-divrenzjar bejn il-likwidità u forom oħra ta' trasport, jekk ikun xieraq;
(e)
jiddeċiedi dwar il-bżonn li jinġabru kontibuzzjonijiet ex-post straordinarji f'konformità mal-Artikolu 71, dwar is-self volontarju bejn arranġamenti ta' finanzjament skont l-Artikolu 72, dwar mezzi finanzjarji alternattivi skont l-Artikolu 73 u 74, u dwar il-mutwalizzazzjoni tal-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament skont l-Artikolu 78, li jinvolvi l-appoġġ għall-Fond li jmur lil hinn mil-limitu msemmi fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;
(f)
jiddeċiedi dwar l-investimenti skont l-Artikolu 75;
(g)
jadotta r-rapport annwali ta' attività dwar l-attivitajiet tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 45 li għandu jippreżenta spjegazzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
(h)
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Bord f'konformità mal-Artikolu 64;
(i)
jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom ikunu implimentati;
(j)
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;
(k)
jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu u dawk tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu;
(l)
f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Bord, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (“Kondizzonijiet tal-Impjieg”) lill-Awtorità bis-Setgħa Tikkonkludi Kuntratti ta' Impjieg (“setgħat tal-awtorità li taħtar”);
(m)
jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;
(n)
jaħtar Uffiċjal tal-Kontabilità u awditur intern, soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, li għandhom ikunu funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom;
(o)
jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF);
(p)
jieħu d-deċiżjoni kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Bord u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom;
(q)
japprova l-qafas imsemmi fl-Artikolu 31(1) biex jorganizza l-arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|