+Artikolu 53 Parteċipazzjoni f'sessjonijiet eżekuttivi
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
|
Artikolu 53 Parteċipazzjoni f'sessjonijiet eżekuttivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
►M6
Il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jkun magħmul mill-President, il-Viċi-President u l-erba’ membri msemmija fl-Artikolu 43(1), il-punt (b). Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, għandu jiltaqa’ kull meta jkun hemm bżonn. ◄
Il-laqgħat tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandhom jitlaqqgħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu, u għandhom ikunu ppreseduti mill-President. Fejn xieraq, il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu jista' jistieden osservaturi flimkien ma' dawk imsemmija fl-Artikolu 43(3), biex jipparteċipaw fil-laqgħat tiegħu, inkluż rappreżentant tal-ABE, u għandu jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri mhux parteċipanti, meta jkun qed jiddiskuti dwar grupp li jkollu sussidjarji jew fergħat sinifikanti f'dawk l-Istati Membri mhux parteċipanti. Il-parteċipazzjoni għandha tkun fuq bażi ad hoc.
|
|
Artikolu 53 2.
|
F'konformità mal-paragrafi 3 u 4, il-membri tal-Bord kif imsemmi fl-Artikolu 43(1)(c) jipparteċipaw f'sessjonijiet eżekuttivi tal-Bord.
|
|
Artikolu 53 3.
|
Meta jiddeliberaw dwar entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp ta' entitajiet stabbiliti biss fi Stat Membru parteċipanti wieħed, il-membru maħtur minn dak l-Istat Membru għandu jipparteċipa wkoll fid-deliberazzjonijiet u fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u għandu japplika r-regoli stipulati fl-Artikolu 55(1).
|
|
Artikolu 53 4.
|
Meta jiddeliberaw dwar grupp transkonfinali, il-membru maħtur mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, kif ukoll il-membri maħtura mill-Istati Membri li fih l-entità jew is-sussidjarja koperta mis-superviżjoni konsolidata tkun stabbilita, jipparteċipaw ukoll fid-deliberazzjonijiet u fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fl-Artikolu 55(2).
|
|
Artikolu 53 5.
|
Il-membri tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 43(1), il-punti (a), (aa) u (b), għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-Fond, fil-formazzjonijiet differenti kollha tas-sessjonijiet eżekuttivi tal-Bord ikunu koerenti, xierqa u proporzjonati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|