|
+Artikolu 54 2. |
Artikolu 54 2.►M6 Fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fis-sessjoni ekeżuttiva tiegħu, il-Bord għandu: ◄
(a)
iħejji, jevalwa u japprova pjanijiet ta' riżoluzzjoni għal entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u għalentitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, skont l-Artikoli 7, 10 u 11;
(b)
japplika obbligazzjonijiet simplifikati lil ċerti entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lil entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) fejn il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi jiġu sodisfatti, skont l-Artikolu 11;
(c)
jiddetermina r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, li għandhom iżommu kull ħin skont l-Artikolu 12;
(d)
jipprovdi lill-Kummissjoni, kemm jista' jkun malajr, bi skema ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18 li għandha tkun akkompanjata mill-informazzjoni rilevanti kollha, biex iħalli żmien xieraq lill-Kummissjoni biex tevalwa u tieħu deċiżjoni jew fejn xieraq, tipproponi deċiżjoni lill-Kunsill, skont l-Artikolu 18(7);
(e)
jiddeċiedi fuq il-parti II tal-baġit fuq il-Fond tal-Bord, skont l-Artikolu 60;
(f)
iwettaq konsultazzjonijiet f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2a rigward il-linji gwida, l-istruzzjonijiet ġenerali u kwalunkwe strument ieħor ta’ applikazzjoni ġenerali fi ħdan l-SRM li jispjegaw kif il-Bord jistenna li jimplimenta dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|