+Artikolu 54 Kompiti
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 2a.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.

Artikolu 54 Kompiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1.

Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, għandu:

(a) 

iħejji d-deċiżjonijiet kollha li għandhom ikunu adottati mill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu;

(b) 

jieħu d-deċiżjonijiet kollha biex ikun implimentat dan ir-Regolament, sakemm dan ir-Regolament ma jistipulax mod ieħor.

Artikolu 54 2.

►M6  Fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fis-sessjoni ekeżuttiva tiegħu, il-Bord għandu: ◄

(a) 

iħejji, jevalwa u japprova pjanijiet ta' riżoluzzjoni għal entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u għalentitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, skont l-Artikoli 7, 10 u 11;

(b) 

japplika obbligazzjonijiet simplifikati lil ċerti entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u lil entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) fejn il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi jiġu sodisfatti, skont l-Artikolu 11;

(c) 

jiddetermina r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2), u entitajiet u gruppi msemmija fl-Artikolu 7(4)(b) u (5), fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi, li għandhom iżommu kull ħin skont l-Artikolu 12;

(d) 

jipprovdi lill-Kummissjoni, kemm jista' jkun malajr, bi skema ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18 li għandha tkun akkompanjata mill-informazzjoni rilevanti kollha, biex iħalli żmien xieraq lill-Kummissjoni biex tevalwa u tieħu deċiżjoni jew fejn xieraq, tipproponi deċiżjoni lill-Kunsill, skont l-Artikolu 18(7);

(e) 

jiddeċiedi fuq il-parti II tal-baġit fuq il-Fond tal-Bord, skont l-Artikolu 60;

▼M6

(f) 

iwettaq konsultazzjonijiet f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2a rigward il-linji gwida, l-istruzzjonijiet ġenerali u kwalunkwe strument ieħor ta’ applikazzjoni ġenerali fi ħdan l-SRM li jispjegaw kif il-Bord jistenna li jimplimenta dan ir-Regolament.

Artikolu 54 2a.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (f), għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a) 

fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, il-Bord għandu jippreżenta abbozz ta’ strument lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu;

(b) 

il-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu għandu jiżgura li l-membri tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 43(1), il-punt (c), jiġu kkonsultati dwar l-abbozz ta’ strument;

(c) 

il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jirrieżamina kwalunkwe kumment ipprovdut bħala parti mill-konsultazzjoni msemmija fil-punt (b);

(d) 

wara r-rieżami tal-kummenti, il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jipprovdi l-valutazzjoni tiegħu ta’ dawk il-kummenti lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu għad-diskussjoni;

(e) 

il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jiddeċiedi dwar il-verżjoni finali tal-istrument wara d-diskussjoni msemmija fil-punt (d) u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-kummenti kollha riċevuti.

Il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jipprovdi raġunijiet xierqa lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu għall-għażliet magħmula rigward l-istrument imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Sommarju ta’ dawk ir-raġunijiet għandu jiġi ppubblikat fir-rapport annwali tal-Bord imsemmi fl-Artikolu 45(2).

Artikolu 54 3.
Fejn meħtieġ minħabba l-urġenza, il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet ta' ġestjoni amministrattiva, inklużi kwistjonijiet baġitarji.
Artikolu 54 4.
Il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jżomm lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu informat dwar id-deċiżjoni li jieħu dwar ir-riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.