|
+Artikolu 54 2a. |
Artikolu 54 2a.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (f), għandha tapplika l-proċedura li ġejja:
(a)
fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, il-Bord għandu jippreżenta abbozz ta’ strument lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu;
(b)
il-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu għandu jiżgura li l-membri tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 43(1), il-punt (c), jiġu kkonsultati dwar l-abbozz ta’ strument;
(c)
il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jirrieżamina kwalunkwe kumment ipprovdut bħala parti mill-konsultazzjoni msemmija fil-punt (b);
(d)
wara r-rieżami tal-kummenti, il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jipprovdi l-valutazzjoni tiegħu ta’ dawk il-kummenti lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu għad-diskussjoni;
(e)
il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jiddeċiedi dwar il-verżjoni finali tal-istrument wara d-diskussjoni msemmija fil-punt (d) u wara kunsiderazzjoni xierqa tal-kummenti kollha riċevuti. Il-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu għandu jipprovdi raġunijiet xierqa lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu għall-għażliet magħmula rigward l-istrument imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Sommarju ta’ dawk ir-raġunijiet għandu jiġi ppubblikat fir-rapport annwali tal-Bord imsemmi fl-Artikolu 45(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|