+Artikolu 65 Kontribuzzjonijietgħan-nefqietamministrattivi tal-Bord
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.
|
Artikolu 65 Kontribuzzjonijietgħan-nefqietamministrattivi tal-Bord
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 65 1.
|
L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jikkontribwixxu għall-parti I tal-baġit tal-Bord skont dan ir-Regolament u l-atti delegati dwar il-kontribuzzjonijiet adottati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 65 2.
|
L-ammonti tal-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu ffisati f'tali livell li jiżgura li d-dħul fir-rigward tagħhom fil-prinċipju jkun suffiċjenti biex il-parti I tal-baġit tal-Bord jiġi bbilanċjat kull sena.
|
|
Artikolu 65 3.
|
Il-Bord għandu jiddetermina u jiġbor, f'konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-kontribuzzjonijiet dovuti minn kull entità msemmija fl-Artikolu 2 b'deċiżjoni indirizzata lill-entità kkonċernata. Il-Bord għandu japplika regoli proċedurali, ta' rappurtar u regoli oħra li jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu b'mod sħiħ u f'waqtu.
|
|
Artikolu 65 4.
|
L-ammonti miġbura skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 65 5.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 93 biex:
(a)
tiddetermina t-tip ta' kontribuzzjonijiet u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti kontribuzzjonijiet, il-mod li bih l-ammont tal-kontribuzzjonijiet huwa kkalkolat u l-mod li bih għandhom jitħallsu;
(b)
tispeċifika r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà u r-rappurtar u regoli oħra msemmija fil-paragrafu 3 neċessarji biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu b'mod sħiħ u f'waqtu;
(c)
tiddetermina l-kontribuzzjonijiet annwali neċessarji biex tiġi koperta n-nefqa amministrattiva tal-Bord qabel ma jsir kompletament operazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|