Artikolu 64
Wara li jikkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni u lill-Kummissjoni, il-Bord għandu jadotta dispożizzjonijiet finanzjarji interni li jispeċifikaw, partikolarment, il-proċedura dettaljata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikoli 61 u 63.
Sa fejn ikun kumpatibbli mal-karatteristiċi partikolari tal-Bord, id-dispożizzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu bbażati fuq ir-Regolament finanzjarju ta' qafas adottat għal korpi mwaqqfa skont it-TFUE skont l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (
18
).