+Artikolu 79 Użu tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti fil-kuntest ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
---+Artikolu 79 3.
---+Artikolu 79 4.
---+Artikolu 79 5.
|
Artikolu 79 Użu tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti fil-kuntest ta' riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 79 1.
|
L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li, meta l-Bord jieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, sakemm dawk l-azzjonijiet jiżguraw li d-depożitanti jibqa' jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni tkun affiljata magħha għandha tkun responsabbli għall-ammonti speċifikati fl-Artikolu 109 (1) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-iskema ta' garanzija tad-depożiti rilevanti għandha tissurroga d-drittijiet u l-obbligi ta' depożitanti koperti fi proċedimenti ta' likwidazzjoni għal ammont ugwali għall-ħlas tagħha.
|
|
Artikolu 79 2.
|
Id-determinazzjoni tal-ammont li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20.
|
|
Artikolu 79 3.
|
Qabel ma jiddeċiedi, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-ammont li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih, il-Bord għandu jikkonsulta mal-awtorità maħtura kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 2(1)(18) tad-Direttiva 2014/49/UE b'kont sħiħ meħud tal-urġenza tal-kwistjoni.
|
|
Artikolu 79 4.
|
Fejn depożiti eliġibbli ma' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti lil entità oħra permezz tal-għodda tal-bejgħ ta' operat jew tal-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja, id-depożitanti ma jkollhom l-ebda pretensjoni skont id-Direttiva 2014/49/UE kontra l-iskema ta' garanzija tad-depożiti fir-rigward ta' kwalunkwe parti tad-depożiti tagħhom fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li ma tiġix trasferita, sakemm dak l-ammont ta' fondi ttrasferiti jkun daqs jew iktar mil-livell aggregat ta' kopertura previst fl-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 79 5.
|
Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti jintużaw skont dik u sussegwentement jitnaqqsu għal inqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti, il-kontribuzzjoni regolari għall-iskema ta' garanzija tad-depożiti għandha tiġi stabbilita f'livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien sitt snin. L-obbligazzjoni ta' skema ta' garanzija tad-depożiti ma għandhiex tkun akbar mill-ammont ekwivalenti għal 50 % tal-livell immirat skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2014/49/UE. Fi kwalunkwe ċirkostanza, il-parteċipazzjoni tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti skont dan ir-regolament ma għandhiex teċċedi t-telf li ġġarrab fi stralċ skont il-proċedimenti ta' insolvenza normali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|