+Artikolu 85 Bord tal-Appell
---+Artikolu 85 1.
---+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 85 4.
---+Artikolu 85 5.
---+Artikolu 85 6.
---+Artikolu 85 7.
---+Artikolu 85 8.
---+Artikolu 85 9.
---+Artikolu 85 10.
|
Artikolu 85 Bord tal-Appell
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 85 1.
|
Il-Bord għandu jistabbilixxi Bord tal-Appell bl-iskop li jiddeċiedi dwar appelli ppreżentati skont il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 85 2.
|
Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn ħames individwi ta' reputazzjoni tajba, mill-Istati Membri u b'rekord ippruvat ta' għarfien u esperjenza professjonali rilevanti, inkluża esperjenza ta' riżoluzzjoni, sa livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-settur tal-banek jew servizzi finanzjarji oħrajn, bl-esklużjoni tal-persunal attwali tal-Bord, kif ukoll persunal attwali ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament. Il-Bord tal-Appell għandu jkollu riżorsi u għarfien espert suffiċjenti biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità tal-eżerċizzju min-naħa tal-Bord tas-setgħat tiegħu. Il-membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord għal perijodu ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż darba, wara sejħa pubblika għal espressjoni ta' interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma ma għandhom ikunu marbutin bl-ebda struzzjoni.
|
|
Artikolu 85 3.
|
►M6
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, tista’ tappella kontra deċiżjoni tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 10(10), l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(1), l-Artikoli 38 sa 41b, l-Artikolu 65(3), l-Artikolu 71 u l-Artikolu 90(3) indirizzata lil dik il-persuna, jew li tkun tikkonċerna b’mod dirett u individwali lil dik il-persuna. ◄
L-appell, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Bord tal-Appell fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, jew, fin-nuqqas ta' notifika, mill-jum li fih il-persuna kkonċernata tkun saret taf bid-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 85 4.
|
Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-appell fi żmien xahar minn meta jkun ġie ppreżentat l-appell. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi abbażi ta' maġġoranza ta' mill-inqas tlieta mill-ħames membri tiegħu.
|
|
Artikolu 85 5.
|
Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Għal dak l-għan, huma għandhom jagħmlu dikjarazzjoni pubblika tal-impenji u dikjarazzjoni pubblika tal-interessi li tindika kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom jew in-nuqqas ta' tali interess.
|
|
Artikolu 85 6.
|
Appell li jkun sar skont il-paragrafu 3 ma għandux ikollu effett sospensiv. Madankollu, il-Bord tal-Appell jista', jekk iqis li ċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
|
|
Artikolu 85 7.
|
Jekk l-appell ikun ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk għandux bażi tajba. Huwa għandu jistieden lill-partijiet fil-proċedimenti ta' appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar in-notifiki tiegħu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn għall-proċedimenti tal-appell, fil-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu rappreżentazzjonijiet orali.
|
|
Artikolu 85 8.
|
Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-Bord, jew jirreferi l-każ lil dan tal-aħħar. Il-Bord għandu jintrabat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u għandu jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat.
|
|
Artikolu 85 9.
|
Id-deċijonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u notifikati lill-partijiet.
|
|
Artikolu 85 10.
|
Il-Bord tal-Appell għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|