+Artikolu 87 Responsabbiltà tal-Bord
---+Artikolu 87 1.
---+Artikolu 87 2.
---+Artikolu 87 3.
---+Artikolu 87 4.
---+Artikolu 87 5.
---+Artikolu 87 6.
|
Artikolu 87 Responsabbiltà tal-Bord
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 87 1.
|
Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Bord għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.
|
|
Artikolu 87 2.
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni biex taqta' sentenzi skont kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-Bord.
|
|
Artikolu 87 3.
|
Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, il-Bord għandu, f'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet li jikkonċernaw ir-responsabbilità tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnu jew mill-persunal tiegħu fit-twettiq ta' dmirijietu, b'mod partikolari l-funzjonijiet tagħhom ta' riżoluzzjoni, inklużi atti u ommissjonijiet b'sostenn għal proċedimenti barranin ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 87 4.
|
Il-Bord għandu jikkumpensa awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għad-danni li jkun ġie ordnat iħallas minn qorti nazzjonali, jew li jkun, bi ftehim mal-Bord, impenja ruħu li jħallas skont ftehim bonarju, li jkunu l-konsegwenzi ta' att jew ommissjoni mwettqa minn dik l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni matul kwalunkwe riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament ta' entitajiet u gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 7(2), u ta' entitajiet u gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 7(4)(b) u (5) fejn il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk il-paragrafi jiġu sodisfatti jew skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3). Dak l-obbligu ma għandux japplika meta dak l-att jew l-ommissjoni jikkostitwixxu ksur ta' dan ir-Regolament, ta' dispożizzjoni oħra tal-liġi tal-Unjoni, ta' deċiżjoni tal-Bord, tal-Kunsill, jew tal-Kummissjoni, imwettaq intenzjonalment jew bi żball serju u manifestanti ta' ġudizzju għaqli.
|
|
Artikolu 87 5.
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwim relatat mal-paragrafi 3 u 4. Il-proċedimenti fi kwistjonijiet li jinħolqu minn responsabbiltà mhux kuntrattwali għandhom jiġu preskritti wara perijodu ta' ħames snin minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom.
|
|
Artikolu 87 6.
|
Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tiegħu lejn il-Bord għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|