+Artikolu 92 Il-Qorti tal-Awdituri
---+Artikolu 92 1.
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.
---+Artikolu 92 4.
---+Artikolu 92 5.
---+Artikolu 92 6.
---+Artikolu 92 7.
---+Artikolu 92 8.

Artikolu 92 Il-Qorti tal-Awdituri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 92 1.
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tipproduċi rapport speċjali għal kull perijodu ta' 12-il xahar, li jibda fl-1 ta' April ta' kull sena.
Artikolu 92 2.

Kull rapport għandu jeżamina jekk:

(a) 

ingħatatx konsiderazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-mod ekonomiku, effiċjenti u effikaċi li bih intuża l-Fond, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġi minimizzat l-użu tal-Fond;

(b) 

il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Fond kinitx effiċjenti u rigoruża.

Artikolu 92 3.
Kull rapport skont il-paragrafu 1 għandu jiġi prodott fi żmien sitt xhur minn tmiem il-perijodu ta' riferiment tar-rapport.
Artikolu 92 4.
B'segwitu għal konsiderazzjoni tal-kontijiet finali mħejjija mill-Bord skont l-Artikolu 60, il-Qorti tal-Awdituri għandha tħejji rapport dwar is-sejbiet tagħha sal-1 ta' Diċembru wara kull sena finanzjarja. Il-Qorti tal-Awdituri għandha, partikolarment, tirrapporta dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti (indipendentement minn jekk hux għall-Bord, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew le) li tinħoloq b'riżultat tat-twettiq mill-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament.
Artikolu 92 5.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu li l-Qorti tal-Awdituri teżamina kwalunkwe kwistjoni rilevanti oħra li taqa' fil-kompetenza tagħhom stipulata fl-Artikolu 287(4) TFUE.
Artikolu 92 6.
Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 4 għandhom jintbagħtu lill-Bord, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u għandhom jiġu ppubblikati bla dewmien.
Artikolu 92 7.
Fi żmien xahrejn mid-data li fiha kull rapport skont il-paragrafu 1 jiġi ppubblikat, il-Kummissjoni għandha tipprovdi risposta dettaljata bil-miktub li għandha ssir pubblika.

Fi żmien xahrejn mid-data li fiha kull rapport skont il-paragrafu 4 jiġi ppubblikat, il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom, kull wieħed, jipprovdu risposta dettaljata bil-miktub li għandha ssir pubblika.

Artikolu 92 8.
Il-Qorti tal-Awdituri hija mogħtija s-setgħa li tikseb mill-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti konferiti lilha minn dan l-Artikolu. Il-Bord, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba f'tali limitu ta' żmien li jista' jiġi speċifikat mill-Qorti tal-Awdituri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.