+Artikolu 93 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 93 1.
---+Artikolu 93 2.
---+Artikolu 93 3.
---+Artikolu 93 4.
---+Artikolu 93 5.
---+Artikolu 93 6.
---+Artikolu 93 7.

Artikolu 93 Eżerċizzju tad-delega

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 93 1.
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
Artikolu 93 2.
Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikolu 19(8), l-Artikolu 65(5), l-Artikolu 69(5), l-Artikolu 71(3) u l-Artikolu 75(4) hija mogħtija għal perijodu ta' żmien indeterminat mid-dati rilevanti msemmija fl-Artikolu 99.
Artikolu 93 3.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza bejn atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u atti delegati adottati skont id-Direttiva 2014/59/UE.
Artikolu 93 4.
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(8), l-Artikolu 65(5), l-Artikolu 69(5), l-Artikolu 71(3) u l-Artikolu 75(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Artikolu 93 5.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 93 6.
Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 65(5), l-Artikolu 69(5),l-Artikolu 71(3) u l-Artikolu 75(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 93 7.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta atti delegati fejn iż-żmien għall-iskrutinju mill-Parlament Ewropew jonqos minħabba vaganza għal inqas minn ħames xhur, inkluża kwalunkwe estensjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.