|
+Artikolu 94 1. |
Artikolu 94 1.Sal-31 ta' Diċembru 2018, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'enfasi speċjali fuq il-monitoraġġ tal-impatt potenzjali fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dan ir-rapport għandu jivvaluta:
(a)
il-funzjonament tal-SRM, il-kosteffiċjenza tiegħu, kif ukoll l-impatt tal-attivitajiet tiegħu ta' riżoluzzjoni fuq l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u fuq il-koerenza u l-integrità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji, inkluż l-impatt possibbli tiegħu fuq l-istrutturi tas-sistemi tal-banek nazzjonali fi ħdan l-Unjoni, b'paragun ta' sistemi tal-banek oħrajn, u dwar l-effettività tal-arranġamenti tal-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni fil-SRM, bejn l-SRM u l-SSM, u bejn l-SRM, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri mhux parteċipanti b'mod partikolari fil-valutazzjoni jekk:
(i)
hemmx ħtieġa li l-funzjonijiet allokati b'dan ir-Regolament lill-Bord, lill- Kunsill u lill-Kummissjoni, ikunux eżerċitati esklużivament minn istituzzjoni indipendenti tal-Unjoni u, jekk dan ikun il-każ, jekk tkunx meħtieġa xi bidla tad-dispożizzjonijiet rilevanti inkluż fil-livell tal-liġi primarja;
(ii)
il-kooperazzjoni bejn l-SRM, l-SSM, il-BERS, l-ABE, l-ESMA u l-EIOPA, u l-awtoritajiet l-oħra li jagħmlu parti mis-SESF hijiex xierqa;
(iii)
il-portafoll tal-investiment skont l-Artikolu 75 huwiex magħmul minn assi sodi u diversifikati;
(iv)
ir-rabta bejn id-dejn sovran u r-riskju tal-banek ġietx maqtuha;
(v)
l-arranġamenti ta' governanza, inklużi t-tqassim tal-kompiti fi ħdan il-Bord u l-kompożizzjoni tal-arranġamenti ta' votazzjoni kemm fl-eżekuttiv kif ukoll fis-sessjonijiet plenarji tal-Bord u r-relazzjonijiet mal-Kummissjoni u mal-Kunsill humiex xierqa;
(vi)
il-punt ta' referenza biex jiġi stabbilit il-livell fil-mira għall-Fond huwiex adegwat, jekk id-depożiti koperti jew l-obbligazzjonijiet totali humiex bażi aktar adatta u jekk għandux jiġi stabbilit ammont minimu assolut għall-Fond sabiex tiġi evitata l-volatilità fil-fluss ta' mezzi finanzjarji għall-Fond u biex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-adegwatezza tal-finanzjament tal-Fond matul iż-żmien;
(vii)
huwiex meħtieġ li jiġi mmodifikat il-livell immirat għall-Fond u l-livell ta' kontribuzzjonijiet sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni;
(b)
l-effikaċja tal-arranġamenti ta' indipendenza u responsabbiltà;
(c)
l-interazzjoni bejn il-Bord u l-ABE;
(d)
l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti u l-effetti tal-SRM fuq dawk l-Istati Membri, u l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet relevanti ta' pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 2(1)(90) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(e)
il-ħtieġa li jittieħdu passi sabiex jiġu armonizzati l-proċedimenti ta' insolvenza għal istituzzjonijiet falluti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|