+Artikolu 94 Reviżjoni
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
|
Artikolu 94 Reviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 94 1.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2018, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'enfasi speċjali fuq il-monitoraġġ tal-impatt potenzjali fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dan ir-rapport għandu jivvaluta:
(a)
il-funzjonament tal-SRM, il-kosteffiċjenza tiegħu, kif ukoll l-impatt tal-attivitajiet tiegħu ta' riżoluzzjoni fuq l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u fuq il-koerenza u l-integrità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji, inkluż l-impatt possibbli tiegħu fuq l-istrutturi tas-sistemi tal-banek nazzjonali fi ħdan l-Unjoni, b'paragun ta' sistemi tal-banek oħrajn, u dwar l-effettività tal-arranġamenti tal-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni fil-SRM, bejn l-SRM u l-SSM, u bejn l-SRM, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri mhux parteċipanti b'mod partikolari fil-valutazzjoni jekk:
(i)
hemmx ħtieġa li l-funzjonijiet allokati b'dan ir-Regolament lill-Bord, lill- Kunsill u lill-Kummissjoni, ikunux eżerċitati esklużivament minn istituzzjoni indipendenti tal-Unjoni u, jekk dan ikun il-każ, jekk tkunx meħtieġa xi bidla tad-dispożizzjonijiet rilevanti inkluż fil-livell tal-liġi primarja;
(ii)
il-kooperazzjoni bejn l-SRM, l-SSM, il-BERS, l-ABE, l-ESMA u l-EIOPA, u l-awtoritajiet l-oħra li jagħmlu parti mis-SESF hijiex xierqa;
(iii)
il-portafoll tal-investiment skont l-Artikolu 75 huwiex magħmul minn assi sodi u diversifikati;
(iv)
ir-rabta bejn id-dejn sovran u r-riskju tal-banek ġietx maqtuha;
(v)
l-arranġamenti ta' governanza, inklużi t-tqassim tal-kompiti fi ħdan il-Bord u l-kompożizzjoni tal-arranġamenti ta' votazzjoni kemm fl-eżekuttiv kif ukoll fis-sessjonijiet plenarji tal-Bord u r-relazzjonijiet mal-Kummissjoni u mal-Kunsill humiex xierqa;
(vi)
il-punt ta' referenza biex jiġi stabbilit il-livell fil-mira għall-Fond huwiex adegwat, jekk id-depożiti koperti jew l-obbligazzjonijiet totali humiex bażi aktar adatta u jekk għandux jiġi stabbilit ammont minimu assolut għall-Fond sabiex tiġi evitata l-volatilità fil-fluss ta' mezzi finanzjarji għall-Fond u biex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-adegwatezza tal-finanzjament tal-Fond matul iż-żmien;
(vii)
huwiex meħtieġ li jiġi mmodifikat il-livell immirat għall-Fond u l-livell ta' kontribuzzjonijiet sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni;
(b)
l-effikaċja tal-arranġamenti ta' indipendenza u responsabbiltà;
(c)
l-interazzjoni bejn il-Bord u l-ABE;
(d)
l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti u l-effetti tal-SRM fuq dawk l-Istati Membri, u l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet relevanti ta' pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 2(1)(90) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(e)
il-ħtieġa li jittieħdu passi sabiex jiġu armonizzati l-proċedimenti ta' insolvenza għal istituzzjonijiet falluti.
|
|
Artikolu 94 2.
|
Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti ta' akkumpanjament, skont kif ikun xieraq.
|
|
Artikolu 94 3.
|
Meta jsir ir-rieżami tad-Direttiva 2014/59/UE, il-Kummissjoni tiġi mistiedna tressaq, skont kif ikun xieraq, rieżami korrispondenti ta' dan ir-Regolament, kif meħtieġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0806
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|