+Artikolu 4 Obbligi simplifikati għal ċerti impriżi
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
|
Artikolu 4 Obbligi simplifikati għal ċerti impriżi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. Filwaqt li jitqies l-impatt li l-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jista' jkollu, minħabba n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika tagħha, il-profil tar-riskju, id-daqs u l-istatus legali tagħha, l-interkonnettività tagħha ma' impriżi regolati oħrajn jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, u jekk ikunx probabbli li l-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħha skont proċedimenti normali ta' insolvenza jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq impriżi oħrajn, fuq id-detenturi ta' poloz, fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament, jew fuq l-ekonomija usa', l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni jiddeterminaw jekk jistgħux japplikaw obbligi simplifikati għal ċerti impriżi u gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fir-rigward ta':
|
(a)
|
il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv previsti fl-Artikoli 5 sa 8 u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 9 sa 12;
|
|
(b)
|
id-data sakemm l-ewwel pjanijiet ta' rkupru preventiv u ta' riżoluzzjoni għandhom jitfasslu u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv u ta' riżoluzzjoni, li tista' tkun aktar baxxa minn dik prevista fl-Artikolu 5(4), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 9(5) u fl-Artikolu 11(3);
|
|
(c)
|
il-kontenut u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni meħtieġa mill-impriżi skont l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 12(1);
|
|
(d)
|
il-livell ta' dettall għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà prevista fl-Artikoli 13 u 14.
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Sad-29 ta’ Lulju 2027, l-EIOPA għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 biex tispeċifika aktar dettalji dwar il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja, ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet superviżorji jew l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, kif applikabbli, jipprovdu lill-EIOPA, fuq bażi annwali u għal kull Stat Membru separatament, bl-informazzjoni kollha li ġejja:
|
(a)
|
l-għadd ta' impriżi u ta' gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni soġġetti għal ippjanar preventiv ta' rkupru u għal ippjanar ta' riżoluzzjoni skont l-Artikoli 5, 7, 9 u 10;
|
|
(b)
|
l-għadd ta' impriżi u ta' gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni soġġetti għal obbligi simplifikati kif imsemmija fil-paragrafu 1;
|
|
(c)
|
informazzjoni kwantitattiva dwar l-applikazzjoni tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja;
|
|
(d)
|
deskrizzjoni tal-obbligi ssimplifikati applikati abbażi tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja, meta mqabblin mal-obbligi sħaħ, flimkien mal-volum tar-rekwiżiti kapitali, mal-primjums, mal-provvedimenti tekniċi u mal-assi, imkejlin bħala perċentwali tal-volum totali, rispettivament, tar-rekwiżiti kapitali, tal-primjums, tal-provvedimenti tekniċi u tal-assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-Istati Membri jew tal-gruppi kollha, kif applikabbli.
|
|
|
Artikolu 4 4
|
4. L-EIOPA għandha tiżvela pubblikament, fuq bażi annwali u għal kull Stat Membru separatament, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) sa (d), flimkien ma' valutazzjoni ta' kwalunkwe diverġenza rigward l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 fil-livell nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|