+Artikolu 4 1

Artikolu 4 1

1.   Filwaqt li jitqies l-impatt li l-falliment ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jista' jkollu, minħabba n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha, il-forma ġuridika tagħha, il-profil tar-riskju, id-daqs u l-istatus legali tagħha, l-interkonnettività tagħha ma' impriżi regolati oħrajn jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, u jekk ikunx probabbli li l-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħha skont proċedimenti normali ta' insolvenza jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq impriżi oħrajn, fuq id-detenturi ta' poloz, fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament, jew fuq l-ekonomija usa', l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni jiddeterminaw jekk jistgħux japplikaw obbligi simplifikati għal ċerti impriżi u gruppi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fir-rigward ta':

(a)

il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv previsti fl-Artikoli 5 sa 8 u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 9 sa 12;

(b)

id-data sakemm l-ewwel pjanijiet ta' rkupru preventiv u ta' riżoluzzjoni għandhom jitfasslu u l-frekwenza għall-aġġornament tal-pjanijiet ta' rkupru preventiv u ta' riżoluzzjoni, li tista' tkun aktar baxxa minn dik prevista fl-Artikolu 5(4), fl-Artikolu 7(3), fl-Artikolu 9(5) u fl-Artikolu 11(3);

(c)

il-kontenut u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni meħtieġa mill-impriżi skont l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 12(1);

(d)

il-livell ta' dettall għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà prevista fl-Artikoli 13 u 14.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.