+Artikolu 7 Pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6
---+Artikolu 7 7
---+Artikolu 7 8

Artikolu 7 Pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp ikollu s-setgħa li jirrikjedi li l-impriża omm apikali ta' grupp tfassal u tippreżenta pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp lis-superviżur tal-grupp.

Il-pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp għandhom jikkonsistu fi pjan ta' rkupru preventiv għall-grupp immexxi mill-impriża omm apikali. Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jidentifika azzjonijiet ta' rimedju li jistgħu jkunu meħtieġa li jiġu implimentati fil-livell ta' dik l-impriża omm apikali u fil-livell tal-impriżi sussidjarji individwali tagħha biex jirrestawraw il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom meta dik il-pożizzjoni tkun iddeterjorat b'mod sinifikanti.

Is-superviżur tal-grupp għandu jimponi r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(2) jew (3), kif applikabbli.

Artikolu 7 2

2.   Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jkun fih azzjonijiet ta' rimedju sabiex tinkiseb l-istabbilizzazzjoni tal-grupp, jew ta' kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-grupp, meta l-grupp jew kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tiegħu tkun f'sitwazzjoni ta' stress sabiex tindirizza jew tneħħi l-kawżi tad-diffikultà u tirrestawra l-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp jew tal-impriża li tkun parti mill-grupp inkwistjoni, fl-istess ħin filwaqt li titqies il-pożizzjoni finanzjarja ta' entitajiet oħrajn fi grupp.

Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jkun fih arranġamenti sabiex jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-konsistenza ta' miżuri proporzjonati li għandhom jittieħdu fil-livell tal-grupp u tal-entitajiet fi grupp.

Artikolu 7 3

3.   Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp, u kwalunkwe pjan imfassal għal impriża sussidjarja individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, għandu jitfassal f'konformità mal-Artikolu 5(5) sa (8), u għandu jiġi aġġornat f'konformità mal-Artikolu 5(4).

F'konformità mal-Artikolu 5(8), it-tielet subparagrafu, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi.

Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jidentifika jekk hemmx xi ostaklu għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' rimedju fil-grupp, inkluż fil-livell tal-entitajiet individwali koperti mill-pjan, u jekk hemmx impedimenti prattiċi jew legali sostanzjali għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta' obbligazzjonijiet jew ta' assi fil-grupp.

Artikolu 7 4

4.   L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirrikjedu li impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (c) u (d), ifasslu u jippreżentaw pjanijiet ta' rkupru preventiv fejn ma jeżisti l-ebda pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp.

Artikolu 7 5

5.   Meta l-awtorità superviżorja kkonċernata tivvaluta li entità ma tkunx meqjusa biżżejjed mill-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp minħabba s-sinifikat tal-entità inkwistjoni fl-Istat Membru kkonċernat u minħabba l-obbligi li għalihom ikunu soġġetti impriżi komparabbli f'dak l-Istat Membru, hija tista' titlob lis-superviżur tal-grupp, abbażi ta' opinjoni motivata, biex jitlob lill-impriża omm apikali, jew lill-kumpanija holding tal-assigurazzjoni li tmexxi l-grupp, biex tippreżenta pjan rivedut ta' rkupru preventiv tal-grupp filwaqt li tqis it-tħassib espress mill-awtorità superviżorja kkonċernata. Meta pjan rivedut ta’ rkupru preventiv tal-grupp ikun ġie sottomess u l-awtorità superviżorja kkonċernata tivvaluta li dak il-pjan rivedut ma jindirizzax biżżejjed it-tħassib tagħha, hija tista' tirrikjedi li l-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (c) u (d), ikkonċernati, ifasslu u jippreżentaw pjan ta' rkupru preventiv. F'dak il-każ, l-awtorità superviżorja għandha tipprovdi lis-superviżur tal-grupp opinjoni motivata għal din il-valutazzjoni. Sussegwentement għandha tipprovdi lis-superviżur tal-grupp il-pjan ta' rkupru preventiv.

Artikolu 7 6

6.   Dment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigriet professjonali previsti fl-Artikolu 66, is-superviżur tal-grupp għandu jibgħat il-pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp lil:

(a)

l-EIOPA;

(b)

l-awtoritajiet superviżorji rilevanti li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew li jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(d)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriżi sussidjarji.

(e)

meta l-grupp huwa jew ikun parti minn konglomerat finanzjarju, l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti maħtura f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (40), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,.

Artikolu 7 7

7.   Il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-entità li tfassal il-pjan ta' rkupru preventiv tal-grupp skont il-paragrafu 1 jew il-pjan ta' rkupru preventiv skont il-paragrafu 4 jew 5 għandu jivvaluta u japprova l-pjan ikkonċernat qabel ma jippreżentah lis-superviżur tal-grupp jew lill-awtorità superviżorja, kif xieraq, għal rieżami.

Artikolu 7 8

8.   Meta tfassal il-pjanijiet ta’ rkupru preventiv, impriża sussidjarja tal-Unjoni tista’ tqis kwalunkwe pjan tal-grupp dwar l-irkupru preventiv imfassal mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiżi terzi jew mill-impriżi prinċipali ta’ pajjiż terz li tagħhom hija impriża sussidjarja, fejn applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.