1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp ikollu s-setgħa li jirrikjedi li l-impriża omm apikali ta' grupp tfassal u tippreżenta pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp lis-superviżur tal-grupp.
Il-pjanijiet ta' rkupru preventiv ta' grupp għandhom jikkonsistu fi pjan ta' rkupru preventiv għall-grupp immexxi mill-impriża omm apikali. Il-pjan ta' rkupru preventiv ta' grupp għandu jidentifika azzjonijiet ta' rimedju li jistgħu jkunu meħtieġa li jiġu implimentati fil-livell ta' dik l-impriża omm apikali u fil-livell tal-impriżi sussidjarji individwali tagħha biex jirrestawraw il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom meta dik il-pożizzjoni tkun iddeterjorat b'mod sinifikanti.
Is-superviżur tal-grupp għandu jimponi r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(2) jew (3), kif applikabbli.