+Artikolu 8 Rieżami u valutazzjoni mis-superviżur tal-grupp tal-pjanijiet ta’ rkupru preventiv ta’ grupp
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2

Artikolu 8 Rieżami u valutazzjoni mis-superviżur tal-grupp tal-pjanijiet ta’ rkupru preventiv ta’ grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Wara li jkun ikkonsulta l-awtoritajiet superviżorji rilevanti li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew li jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, is-superviżur tal-grupp għandu jirrieżamina l-pjan ta’ rkupru preventiv ta’ grupp u jivvaluta sa liema punt jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7. Dik il-valutazzjoni għandha ssir f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u f’dan l-Artikolu u fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 6(1) u għandha tqis l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet ta’ rimedju fuq id-detenturi ta’ poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.

Artikolu 8 2

2.   Is-superviżur tal-grupp għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq deċiżjoni konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva, fil-kulleġġ tas-superviżuri stabbilit f'konformità mal-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE, dwar:

(a)

ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru preventiv ta’ grupp;

(b)

jekk għandux jitfassal pjan ta’ rkupru preventiv fuq bażi individwali għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma parti mill-grupp, f’konformità mal-Artikolu 7(4) jew (5) ta’ din id-Direttiva;

(c)

l-applikazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 6(4) u (5) ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.