1. Wara li jkun ikkonsulta l-awtoritajiet superviżorji rilevanti li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jew li jipparteċipaw fih kif imsemmi fl-Artikolu 248(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, is-superviżur tal-grupp għandu jirrieżamina l-pjan ta’ rkupru preventiv ta’ grupp u jivvaluta sa liema punt jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7. Dik il-valutazzjoni għandha ssir f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u f’dan l-Artikolu u fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 6(1) u għandha tqis l-impatt potenzjali tal-azzjonijiet ta’ rimedju fuq id-detenturi ta’ poloz, fuq l-ekonomija reali u fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.