3. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika l-proċeduri u sett minimu ta' formoli u ta' mudelli standard għall-għoti tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu, u sabiex tispeċifika l-kontenut ta' tali informazzjoni.
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2026.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.