+Artikolu 18 2

Artikolu 18 2

2.   L-objettivi ta' riżoluzzjoni huma:

(a)

il-protezzjoni tal-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti;

(b)

iż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari billi jiġi pprevenut kontaġju u billi tinżamm id-dixxiplina fis-suq;

(c)

l-iżgurar tal-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi;

(d)

il-protezzjoni tal-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.

Meta jaħdmu biex jintlaħaq l-objettiv ta' riżoluzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jagħżlu dawk l-approċċi fir-rigward tal-funzjonijiet kritiċi li jippreservaw bl-aħjar mod il-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni għad-detenturi ta' poloz.

Meta jaħdmu biex jintlaħaq l-objettiv ta' riżoluzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, sa fejn ikun possibbli, jipprijoritizzaw l-użu ta' sorsi ta' finanzjament għajr il-baġit tal-Istati Membri, inkluż l-arranġamenti ta' finanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 81 u fl-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, fejn dawn ikunu disponibbli għal dak l-għan skont il-liġi applikabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jsegwu l-objettivi ta' riżoluzzjoni, ifittxu li jimminimizzaw il-kost tar-riżoluzzjoni u jevitaw il-qerda tal-valur sakemm ma tkunx neċessarja sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi ta' riżoluzzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.