2. L-objettivi ta' riżoluzzjoni huma:
|
(a)
|
il-protezzjoni tal-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz, tal-benefiċjarji u tal-pretendenti;
|
|
(b)
|
iż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari billi jiġi pprevenut kontaġju u billi tinżamm id-dixxiplina fis-suq;
|
|
(c)
|
l-iżgurar tal-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi;
|
|
(d)
|
il-protezzjoni tal-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.
|
Meta jaħdmu biex jintlaħaq l-objettiv ta' riżoluzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jagħżlu dawk l-approċċi fir-rigward tal-funzjonijiet kritiċi li jippreservaw bl-aħjar mod il-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni għad-detenturi ta' poloz.
Meta jaħdmu biex jintlaħaq l-objettiv ta' riżoluzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, sa fejn ikun possibbli, jipprijoritizzaw l-użu ta' sorsi ta' finanzjament għajr il-baġit tal-Istati Membri, inkluż l-arranġamenti ta' finanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 81 u fl-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, fejn dawn ikunu disponibbli għal dak l-għan skont il-liġi applikabbli.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta jsegwu l-objettivi ta' riżoluzzjoni, ifittxu li jimminimizzaw il-kost tar-riżoluzzjoni u jevitaw il-qerda tal-valur sakemm ma tkunx neċessarja sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi ta' riżoluzzjoni.