2. Meta l-impriżi sussidjarji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni ta' attività mħallta jinżammu direttament jew indirettament minn kumpanija holding tal-assigurazzjoni intermedjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward tal-kumpanija holding tal-assigurazzjoni intermedjarja, u ma għandhomx jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward tal-kumpanija holding tal-assigurazzjoni ta' attivitajiet mħallta.