Artikolu 21
Proċedimenti ta' insolvenza fir-rigward tal-impriżi li ma jkunux soġġetti għal azzjoni ta' riżoluzzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punti (a) u (b), iżda mhux il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1), il-punt (c), jiġu soġġetti għal proċedimenti ta' stralċ kif definit fl-Artikolu 268(1), il-punt (d), tad-Direttiva 2009/138/KE, jew proċedimenti oħra skont il-liġi nazzjonali miftuħa u mmonitorjata mill-awtoritajiet kompetenti kif definit fl-Artikolu 268(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/138/KE, li jiżguraw ħruġ ordnat mis-suq.