+Artikolu 23 Valwazzjoni għal finijiet ta' riżoluzzjoni
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
---+Artikolu 23 5

Artikolu 23 Valwazzjoni għal finijiet ta' riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1

1.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed abbażi ta' valwazzjoni li tiżgura valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tad-drittijiet u tal-obbligi ta' entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e).

Artikolu 23 2

2.   Qabel ma l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqiegħed entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni inizjali sabiex tiddetermina jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 19(1) jew l-Artikolu 20(3).

Artikolu 23 3

3.   Wara li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tqiegħed entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq it-tieni valwazzjoni sabiex:

(a)

tipprovdi informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjoni ta' riżoluzzjoni adatta li għandha tittieħed;

(b)

tiżgura li kwalunkwe telf ta' dik l-entità jkun rikonoxxut b'mod sħiħ fil-mument li jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni;

(c)

tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-kanċellazzjoni jew tad-dilwizzjoni tal-istrumenti ta' sjieda;

(d)

tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta' kwalunkwe obbligazzjoni mhux garantita, inkluż l-istrumenti tad-dejn;

(e)

meta tiġi applikata l-għodda ta' impriża tranżitorja, tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta' sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-impriża tranżitorja, u tipprovdi informazzjoni għad-deċiżjoni dwar il-valur ta' kwalunkwe korrispettiv li jista' jitħallas lill-impriża taħt riżoluzzjoni jew, fejn ikun rilevanti, lid-detenturi tal-istrumenti ta' sjieda;

(f)

meta tiġi applikata l-għodda ta' bejgħ ta' negozju, tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta' sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-akkwirent terz u tgħin lill-awtorità ta' riżoluzzjoni tifhem x'jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 31.

Artikolu 23 4

4.   Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun konsistenti mal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Madankollu, dik il-valwazzjoni tista', fejn xieraq, tiġi aġġustata biex tirrifletti li s-suppożizzjoni li l-impriża tmexxi n-negozju tagħha bħala negozju avvjat ma tiġix issodisfata, u biex tirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi relatati mal-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 23 5

5.   Il-valwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jkunu soġġetti għal appell f'konformità mal-Artikolu 67 biss flimkien mad-deċiżjoni li tiġi applikata għodda ta' riżoluzzjoni jew li tiġi eżerċitata setgħa ta' riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.