5. Valwazzjoni definittiva għandha tindika s-sottodiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet f'konformità mal-livelli ta' prijorità skont il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza. Il-valwazzjoni definittiva għandu jkun fiha wkoll stima tat-trattament li kull klassi ta' azzjonisti u ta' kredituri kienet tkun mistennija li tirċievi jekk l-entità kkonċernata kienet tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.
L-istima msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tippreġudika l-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56.