+Artikolu 24 Rekwiżiti għall-valwazzjoni
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4
---+Artikolu 24 5
---+Artikolu 24 6
|
Artikolu 24 Rekwiżiti għall-valwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 23 jitwettqu minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika u mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e);
|
|
(b)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni, meta dawk il-valwazzjonijiet ma jkunux jistgħu jitwettqu minn persuna kif imsemmi fil-punt (a).
|
|
|
Artikolu 24 2
|
2. Il-valwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 23 għandhom jitqiesu bħala definittivi meta jitwettqu mill-persuna msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stipulati fil-paragrafi 3 sa 5 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 24 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, valwazzjoni definittiva għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u ma għandha tassumi l-ebda provvediment potenzjali ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja mill-mument li fih tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 24 4
|
4. Valwazzjoni definittiva għandha tiġi ssupplimentata bl-informazzjoni li ġejja miżmuma mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e):
|
(a)
|
dikjarazzjoni finanzjarja aġġornata u valutazzjoni ekonomika aġġornata, f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE, tal-entità;
|
|
(b)
|
rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, inkluż, fejn rilevanti, evalwazzjoni minn funzjoni attwarja indipendenti tal-provvedimenti tekniċi tal-entitá msemmijin fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 2, tad-Direttiva 2009/138/KE;
|
|
(c)
|
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-valuri tas-suq u tal-kontabbiltà tal-assi, il-provvedimenti tekniċi msemmijin fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 2, tad-Direttiva 2009/138/KE, u obbligazzjonijiet oħrajn tal-entità.
|
|
|
Artikolu 24 5
|
5. Valwazzjoni definittiva għandha tindika s-sottodiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet f'konformità mal-livelli ta' prijorità skont il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza. Il-valwazzjoni definittiva għandu jkun fiha wkoll stima tat-trattament li kull klassi ta' azzjonisti u ta' kredituri kienet tkun mistennija li tirċievi jekk l-entità kkonċernata kienet tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.
L-istima msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tippreġudika l-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56.
|
|
Artikolu 24 6
|
6. L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
|
(a)
|
iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti kemm mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kif ukoll mill-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
|
|
(b)
|
il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-kuntest tar-riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 23 u 56 ta' din id-Direttiva.
|
L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|