+Artikolu 25 Valwazzjonijiet proviżorji u definittivi
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4

Artikolu 25 Valwazzjonijiet proviżorji u definittivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   Il-valwazzjonijiet kif imsemmijin fl-Artikolu 23 li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24(2) għandhom jitqiesu bħala valwazzjonijiet proviżorji.

Il-valwazzjonijiet proviżorji għandhom jinkludu buffer għat-telf addizzjonali u ġustifikazzjoni xierqa għal dak il-buffer.

Artikolu 25 2

2.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' valwazzjoni proviżorja għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni definittiva malli jkun possibbli.

Dawk l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-ewwel subparagrafu:

(a)

jippermettu r-rikonoxximent sħiħ ta' kwalunkwe telf tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), fil-kotba tagħha;

(b)

jipprovdu informazzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni bl-għan li jitnaqqsu l-klejms tal-kredituri jew jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas f'konformità mal-paragrafu 3.

Artikolu 25 3

3.   Meta l-istima tal-valwazzjoni definittiva tal-valur tal-assi nett tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni proviżorja tal-valur tal-assi nett ta' dik l-entità, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista':

(a)

iżżid il-valur tal-klejms tal-kredituri affettwati li jkunu ġew valwati negattivament jew ristrutturati;

(b)

tirrikjedi li impriża tranżitorja tagħmel pagament ulterjuri ta' korrispettiv fir-rigward tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tad-drittijiet u tal-obbligi lill-impriża taħt riżoluzzjoni jew, jekk ikun il-każ, lis-sidien tal-istrumenti ta' sjieda.

Artikolu 25 4

4.   L-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-buffer għal telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż f'valutazzjonijiet proviżorji.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Lulju 2027.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.