+Artikolu 27 L-għodda ta' run-off solventi
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2
---+Artikolu 27 3
---+Artikolu 27 4
---+Artikolu 27 5
---+Artikolu 27 6
---+Artikolu 27 7
---+Artikolu 27 8
---+Artikolu 27 9

Artikolu 27 L-għodda ta' run-off solventi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jqiegħdu l-impriża taħt riżoluzzjoni fi proċedura ta' run-off solventi sabiex itemmu l-attivitajiet ta' dik l-impriża, u li jipprojbixxu lill-impriża taħt riżoluzzjoni milli tissottoskrivi negozju ġdid tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 27 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ li l-awtorizzazzjoni tkun ġiet irtirata mill-awtorità superviżorja, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għaliha tkun ġiet applikata l-għodda ta' run-off solventi tissodisfa r-Rekwiżit Kapitali Minimu stipulat fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 5, tad-Direttiva 2009/138/KE immedjatament wara l-applikazzjoni ta' dik l-għodda.

Artikolu 27 3

3.   Fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità superviżorja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt l-għodda ta' run-off solventi tibqa' soġġetta għar-regoli u l-objettivi ġenerali tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni stabbiliti fit-Titolu I, il-Kapitolu III, tad-Direttiva 2009/138/KE, sat-terminazzjoni tal-attivitajiet tagħha f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 27 4

4.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi tkun kapaċi żżomm persunal imħarreġ b'mod adegwat u kompetenti sabiex tiżgura l-kontinwazzjoni ordnata tal-attivitajiet tal-assigurazzjoni tagħha f'run-off sal-likwidazzjoni tagħha.

Artikolu 27 5

5.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jimmonitorjaw, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji, il-fluss tal-flus, kif ukoll il-kostijiet u l-ispejjeż ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt riżoluzzjoni sabiex jippreservaw il-valur u l-kummerċjabbiltà tagħha.

Artikolu 27 6

6.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji, jivvalutaw il-bidliet maħsubin għall-kompożizzjoni tal-assi, jimmonitorjaw mill-qrib l-arranġamenti tar-riassigurazzjoni u jirrikjedu, tal-anqas fuq bażi trimestrali, rieżamijiet attwarji indipendenti tal-provvedimenti tekniċi u tar-riżervi.

Artikolu 27 7

7.   Fl-applikazzjoni tal-għodda ta' run-off solventi, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u ta' strumenti ttrattati bħala ekwità, inkluż pagamenti ta' dividendi, u jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu kwalunkwe pagament ta' remunerazzjoni varjabbli u benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni.

Artikolu 27 8

8.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu deċiżjoni li impriża taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi trid tiġi stralċata fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin, skont liema jseħħ l-ewwel:

(a)

l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew sostanzjalment kollha tal-impriża taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi jinbiegħu lil akkwirent terz;

(b)

l-assi tal-impriża taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi jiġu stralċati kompletament u l-obbligazzjonijiet tagħha jiġu rrilaxxati kompletament.

Artikolu 27 9

9.   Meta tintuża l-għodda ta' run-off solventi u meta l-valur nett tal-assi tal-impriża taħt riżoluzzjoni f'run-off solventi jkun sar negattiv, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk tistralċjax l-impriża skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew tapplikax għodda ta' riżoluzzjoni oħra.

F'każ li r-Rekwiżit Kapitali Minimu stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 5, tad-Direttiva 2009/138/KE ma jiġix issodisfat, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità superviżorja, jekk l-impriża għandhiex tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, jew għandhiex tiġi applikata għodda oħra ta' riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.