9. L-objettivi ta' veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ma għandhom jimplikaw l-ebda dmir jew responsabbiltà għall-azzjonisti jew għall-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni. Il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ma għandu jkollhom l-ebda responsabbiltà quddiem tali azzjonisti jew kredituri għal atti jew għal ommissjonijiet fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, sakemm tali atti jew ommissjonijiet ma jkunux jinvolvu negliġenza serja jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li affettwat direttament id-drittijiet ta' tali azzjonisti jew kredituri.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw ukoll l-obbligazzjoni ta' veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, u tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tiegħu għal atti u għal ommissjonijiet fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.