+Artikolu 30 L-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
---+Artikolu 30 6
---+Artikolu 30 7
---+Artikolu 30 8
---+Artikolu 30 9
|
Artikolu 30 L-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa li jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' impriża tranżitorja għal veikolu wieħed jew aktar tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet.
|
|
Artikolu 30 2
|
2. Għall-finijiet tal-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għandu jkun persuna ġuridika li:
|
(a)
|
tkun kompletament jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar li jistgħu jinkludu l-awtorità ta' riżoluzzjoni, u tkun ikkontrollata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni; u
|
|
(b)
|
tkun inħolqot sabiex tirċievi l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni jew ta' impriża tranżitorja waħda jew aktar.
|
|
|
Artikolu 30 3
|
3. Il-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għandha timmaniġġa l-portafolli ttrasferiti lilha bl-għan li timmassimizza l-valur tagħhom permezz tal-bejgħ ta' dawk il-portafolli jew stralċ ordnat.
|
|
Artikolu 30 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta' veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata tkun approvat id-dokumenti kostituzzjonali tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet;
|
|
(b)
|
soġġetta għall-istruttura ta' sjieda tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata taħtar jew tapprova l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-veikolu;
|
|
(c)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata tapprova r-remunerazzjoni tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u tispeċifika r-responsabbiltajiet tagħhom;
|
|
(d)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet.
|
|
|
Artikolu 30 5
|
5. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 li jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet biss flimkien ma' għodod ta' riżoluzzjoni oħrajn u fejn isseħħ kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
is-sitwazzjoni tas-suq partikolari għal dawk l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tkun ta' tali natura li l-likwidazzjoni ta' dawk l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet skont proċedimenti normali ta' insolvenza jista' jkollha effett avvers fuq suq finanzjarju wieħed jew aktar;
|
|
(b)
|
tali trasferiment huwa neċessarju sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-għodda ta' run-off solventi jew sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-impriża taħt riżoluzzjoni jew ta' impriża tranżitorja;
|
|
(c)
|
trasferiment bħal dan huwa neċessarju sabiex jimmassimizza r-rikavati minn likwidazzjoni.
|
|
|
Artikolu 30 6
|
6. Meta japplikaw l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, f'konformità mal-Artikolu 23 u f'konformità mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, jiddeterminaw il-korrispettiv li għalih l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet jiġu ttrasferiti lill-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet. Il-korrispettiv jista' jkollu valur nominali jew negattiv.
|
|
Artikolu 30 7
|
7. Meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu applikaw l-għodda ta' impriża tranżitorja, il-veikoli tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jistgħu, wara l-applikazzjoni tal-għodda ta' impriża tranżitorja, jakkwistaw assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-impriża tranżitorja.
|
|
Artikolu 30 8
|
8. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-impriża taħt riżoluzzjoni għal veikolu wieħed jew aktar tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet f'aktar minn okkażjoni waħda u jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura minn veikolu wieħed jew aktar tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet lill-impriża taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
il-possibbiltà li l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment;
|
|
(b)
|
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ma humiex ikklassifikati bħala assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment, jew ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom.
|
Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), it-trasferiment lura jista' jsir fi kwalunkwe perjodu, u għandu jikkonforma ma' kwalunkwe kondizzjoni oħra ddikjarata f'dak l-istrument għall-iskop rilevanti.
L-impriża taħt riżoluzzjoni għandha tkun obbligata li tieħu lura kwalunkwe assi, dritt jew obbligazzjoni ttrasferita f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b).
|
|
Artikolu 30 9
|
9. L-objettivi ta' veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ma għandhom jimplikaw l-ebda dmir jew responsabbiltà għall-azzjonisti jew għall-kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni. Il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tal-veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet ma għandu jkollhom l-ebda responsabbiltà quddiem tali azzjonisti jew kredituri għal atti jew għal ommissjonijiet fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, sakemm tali atti jew ommissjonijiet ma jkunux jinvolvu negliġenza serja jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li affettwat direttament id-drittijiet ta' tali azzjonisti jew kredituri.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw ukoll l-obbligazzjoni ta' veikolu tal-immaniġġar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, u tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tiegħu għal atti u għal ommissjonijiet fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|