+Artikolu 31 L-għodda ta' bejgħ ta' negozju
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2
---+Artikolu 31 3
---+Artikolu 31 4
---+Artikolu 31 5
---+Artikolu 31 6
---+Artikolu 31 7
|
Artikolu 31 L-għodda ta' bejgħ ta' negozju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu għand akkwirent li ma jkunx impriża tranżitorja:
|
(a)
|
ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha ta' impriża taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn.
|
|
|
Artikolu 31 2
|
2. Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi, u f'konformità mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu termini kummerċjali għat-trasferiment li jkunu konsistenti mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ.
|
|
Artikolu 31 3
|
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu, bil-kunsens tal-akkwirent, ireġġgħu lura t-trasferimenti eżegwiti fejn dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi tal-każ. L-impriża taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati jieħdu lura kwalunkwe sehem ittrasferit jew strument ieħor ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet.
|
|
Artikolu 31 4
|
4. L-akkwirenti għandhom ikunu meħtieġa jkollhom l-awtorizzazzjoni xierqa sabiex iwettqu n-negozju li jakkwistaw meta jsir trasferiment kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din, flimkien mat-trasferiment, titqies fil-ħin.
|
|
Artikolu 31 5
|
5. B'deroga mill-Artikoli 57 sa 62 tad-Direttiva 2009/138/KE, meta trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda bis-saħħa ta' applikazzjoni tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jirriżulta fl-akkwiżizzjoni ta' jew f'żieda f'parteċipazzjoni kwalifikanti f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-awtorità superviżorja ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha twettaq il-valutazzjoni meħtieġa skont dawk l-Artikoli fil-ħin b'tali mod li ma ddewwimx l-applikazzjoni tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju jew tipprevjeni l-azzjoni ta' riżoluzzjoni milli tilħaq l-objettivi ta' riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 31 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtorità superviżorja ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 mid-data tat-trasferiment, japplika dan li ġej:
|
(a)
|
dan it-trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda lill-akkwirent għandu jkollu effett legali immedjat;
|
|
(b)
|
matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' żvestiment previst mill-punt (f), id-drittijiet tal-vot tal-akkwirent marbutin ma' dawn l-ishma jew l-istrumenti ta' sjieda l-oħrajn għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità ta' riżoluzzjoni, li ma għandu jkollha l-ebda obbligu li teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot u li ma għandu jkollha l-ebda responsabbiltà sabiex teżerċita jew iżżomm lura milli teżerċita kwalunkwe dritt tal-vot bħal dan;
|
|
(c)
|
matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' żvestiment previst mill-punt (f), il-penali u miżuri oħrajn għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u għad-disponimenti ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti stabbiliti fl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandhomx japplikaw għal tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda;
|
|
(d)
|
hekk kif tlesti l-valutazzjoni tagħha, l-awtorità superviżorja għandha tinnotifika bil-miktub lill-awtorità ta' riżoluzzjoni u lill-akkwirent dwar jekk tapprovax jew, f'konformità mal-Artikolu 58(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, topponix tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda lill-akkwirent;
|
|
(e)
|
meta l-awtorità superviżorja tapprova tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda lill-akkwirent, id-drittijiet tal-vot marbutin ma' tali ishma jew strumenti ta' sjieda għandu jitqies bħala vestit bis-sħiħ fl-akkwirent hekk kif l-awtorità ta' riżoluzzjoni u l-akkwirent jirċievu avviż approvazzjoni bħal dan mingħand l-awtorità superviżorja;
|
|
(f)
|
jekk l-awtorità superviżorja topponi tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn lill-akkwirent:
|
(i)
|
id-drittijiet tal-vot marbutin ma' tali ishma strumenti oħrajn ta' sjieda kif previst fil-punt (b) għandhom jibqgħu fis-seħħ u effettivi;
|
|
(ii)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' titlob lill-akkwirent sabiex jiżvesti dawn l-ishma jew l-istrumenti oħrajn ta' sjieda f'perjodu ta' żvestiment iddeterminat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni wara li tkun qieset il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq;
|
|
(iii)
|
meta l-akkwirent ma jikkonformax mat-talba prevista fil-punt (ii), l-awtorità superviżorja, bil-kunsens tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tista' timponi fuq l-akkwirent penali u miżuri oħrajn għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwiżizzjonijiet jew għad-disponimenti ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti stabbiliti fl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2009/138/KE.
|
|
|
|
Artikolu 31 7
|
7. Għall-fini tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta' forniment ta' servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE, l-akkwirent għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni, u jista' jkompli jeżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-impriża taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|