+Artikolu 31 6

Artikolu 31 6

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtorità superviżorja ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 mid-data tat-trasferiment, japplika dan li ġej:

(a)

dan it-trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda lill-akkwirent għandu jkollu effett legali immedjat;

(b)

matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' żvestiment previst mill-punt (f), id-drittijiet tal-vot tal-akkwirent marbutin ma' dawn l-ishma jew l-istrumenti ta' sjieda l-oħrajn għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità ta' riżoluzzjoni, li ma għandu jkollha l-ebda obbligu li teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot u li ma għandu jkollha l-ebda responsabbiltà sabiex teżerċita jew iżżomm lura milli teżerċita kwalunkwe dritt tal-vot bħal dan;

(c)

matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' żvestiment previst mill-punt (f), il-penali u miżuri oħrajn għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwisti u għad-disponimenti ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti stabbiliti fl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2009/138/KE ma għandhomx japplikaw għal tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda;

(d)

hekk kif tlesti l-valutazzjoni tagħha, l-awtorità superviżorja għandha tinnotifika bil-miktub lill-awtorità ta' riżoluzzjoni u lill-akkwirent dwar jekk tapprovax jew, f'konformità mal-Artikolu 58(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, topponix tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda lill-akkwirent;

(e)

meta l-awtorità superviżorja tapprova tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda lill-akkwirent, id-drittijiet tal-vot marbutin ma' tali ishma jew strumenti ta' sjieda għandu jitqies bħala vestit bis-sħiħ fl-akkwirent hekk kif l-awtorità ta' riżoluzzjoni u l-akkwirent jirċievu avviż approvazzjoni bħal dan mingħand l-awtorità superviżorja;

(f)

jekk l-awtorità superviżorja topponi tali trasferiment ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn lill-akkwirent:

(i)

id-drittijiet tal-vot marbutin ma' tali ishma strumenti oħrajn ta' sjieda kif previst fil-punt (b) għandhom jibqgħu fis-seħħ u effettivi;

(ii)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' titlob lill-akkwirent sabiex jiżvesti dawn l-ishma jew l-istrumenti oħrajn ta' sjieda f'perjodu ta' żvestiment iddeterminat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni wara li tkun qieset il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq;

(iii)

meta l-akkwirent ma jikkonformax mat-talba prevista fil-punt (ii), l-awtorità superviżorja, bil-kunsens tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tista' timponi fuq l-akkwirent penali u miżuri oħrajn għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwiżizzjonijiet jew għad-disponimenti ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti stabbiliti fl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2009/138/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.