+Artikolu 32 Għodda tal-impriża tranżitorja
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5
---+Artikolu 32 6
---+Artikolu 32 7

Artikolu 32 Għodda tal-impriża tranżitorja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu għand impriża tranżitorja:

(a)

ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda maħruġin minn impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni;

(b)

l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 32 2

2.   L-impriża tranżitorja għandha tkun persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

tkun kompletament jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew, fejn applikabbli skema ta' garanzija tal-assigurazzjoni, u tkun ikkontrollata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni;

(b)

tinħoloq għall-fini li tirċievi u żżomm xi wħud mill-ishma jew mill-istrumenti l-oħrajn ta' sjieda kollha jew uħud minnhom li jinħarġu minn impriża taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew uħud minnhom ta' impriża waħda jew aktar taħt riżoluzzjoni bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni u tinbiegħ l-impriża taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 32 3

3.   Meta japplikaw l-għodda ta' impriża tranżitorja, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-impriża tranżitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u tal-assi ttrasferiti mill-impriża taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 32 4

4.   Wara applikazzjoni tal-għodda ta' impriża tranżitorja, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu, fejn iġġustifikat miċ-ċirkostanzi, ireġġgħu lura t-trasferimenti eżegwiti, u l-impriża taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati jieħdu lura kwalunkwe assi, dritt jew obbligazzjoni ttrasferita, jew ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda, fejn iġġustifikat miċ-ċirkustanzi tal-każ, fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-possibbiltà li l-ishma jew l-istrumenti oħrajn ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment;

(b)

l-ishma jew l-istrumenti l-oħra ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala ishma jew strumenti oħra ta' sjieda, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment, u ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' trasferiment tagħhom.

Trasferiment lura kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir fi kwalunkwe perjodu u għandu jikkonforma ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra ddikjarata fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment.

Artikolu 32 5

5.   Wara applikazzjoni tal-għodda ta' impriża tranżitorja, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jittrasferixxu ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-impriża tranżitorja lil akkwirent terz.

Artikolu 32 6

6.   Impriża tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-impriża taħt riżoluzzjoni, u tkun tista' tkompli teżerċita kwalunkwe dritt eżerċitat mill-impriża taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, tad-drittijiet jew tal-obbligazzjonijiet trasferiti.

Artikolu 32 7

7.   L-objettivi ta' impriża tranżitorja ma għandhomx jimplikaw xi dmir jew responsabbiltà għall-azzjonisti jew kredituri tal-impriża taħt riżoluzzjoni. Il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tal-impriża tranżitorja ma għandux ikollhom responsabbiltà quddiem tali azzjonisti jew kredituri għal atti jew għal ommissjonijiet fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, sakemm tali atti jew ommissjonijiet ma kinux jinvolvu negliġenza serja jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali li taffettwa direttament id-drittijiet ta' tali azzjonisti jew kredituri.

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jillimitaw ir-responsabbiltà ta' impriża tranżitorja u tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju jew tal-maniġment superjuri tagħha f'konformità mal-liġi nazzjonali għal atti u għal ommissjonijiet fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.