1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta' impriża tranżitorja jirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni approvat id-dokumenti kostituzzjonali tal-impriża tranżitorja;
|
|
(b)
|
soġġett għall-istruttura ta' sjieda tal-impriża tranżitorja, l-awtorità ta' riżoluzzjoni taħtar jew tapprova l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tranżitorja;
|
|
(c)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova r-remunerazzjoni tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u tiddetermina r-responsabbiltajiet tagħhom;
|
|
(d)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-impriża tranżitorja;
|
|
(e)
|
l-impriża tranżitorja tkun awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE u jkollha l-awtorizzazzjoni neċessarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli sabiex twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li takkwista bis-saħħa ta' trasferiment magħmul skont l-Artikolu 42 ta' din id-Direttiva;
|
|
(f)
|
l-impriża tranżitorja tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE u hija soġġetta għal superviżjoni f'konformità magħha;
|
|
(g)
|
l-operat tal-impriża tranżitorja għandu jkun konformi mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tispeċifika restrizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet tagħha kif xieraq.
|
Minkejja d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f) u fejn neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni, impriża tranżitorja tista' tiġi stabbilita u awtorizzata mingħajr ma tikkonforma mad-Direttiva 2009/138/KE għal perjodu qasir fil-bidu tal-operat tagħha. Għal dan l-għan, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippreżenta talba f'dak is-sens lill-awtorità superviżorja. Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni bħal din, hija għandha tindika l-perjodu li matulu l-impriża tranżitorja tkun eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE. Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-24 xahar.