+Artikolu 33 Operat ta' impriża tranżitorja
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
|
Artikolu 33 Operat ta' impriża tranżitorja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta' impriża tranżitorja jirrispetta r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni approvat id-dokumenti kostituzzjonali tal-impriża tranżitorja;
|
|
(b)
|
soġġett għall-istruttura ta' sjieda tal-impriża tranżitorja, l-awtorità ta' riżoluzzjoni taħtar jew tapprova l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża tranżitorja;
|
|
(c)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova r-remunerazzjoni tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u tiddetermina r-responsabbiltajiet tagħhom;
|
|
(d)
|
l-awtorità ta' riżoluzzjoni tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-impriża tranżitorja;
|
|
(e)
|
l-impriża tranżitorja tkun awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE u jkollha l-awtorizzazzjoni neċessarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli sabiex twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li takkwista bis-saħħa ta' trasferiment magħmul skont l-Artikolu 42 ta' din id-Direttiva;
|
|
(f)
|
l-impriża tranżitorja tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE u hija soġġetta għal superviżjoni f'konformità magħha;
|
|
(g)
|
l-operat tal-impriża tranżitorja għandu jkun konformi mal-qafas tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tispeċifika restrizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet tagħha kif xieraq.
|
Minkejja d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f) u fejn neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni, impriża tranżitorja tista' tiġi stabbilita u awtorizzata mingħajr ma tikkonforma mad-Direttiva 2009/138/KE għal perjodu qasir fil-bidu tal-operat tagħha. Għal dan l-għan, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippreżenta talba f'dak is-sens lill-awtorità superviżorja. Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi li tagħti awtorizzazzjoni bħal din, hija għandha tindika l-perjodu li matulu l-impriża tranżitorja tkun eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE. Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-24 xahar.
|
|
Artikolu 33 2
|
2. Soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni imposta mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, il-maniġment tal-impriża tranżitorja għandu jopera l-impriża tranżitorja sabiex jilħaq l-objettivi ta' riżoluzzjoni u sabiex ibigħ l-impriża taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti lil akkwirent wieħed jew aktar mis-settur privat malli l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa.
|
|
Artikolu 33 3
|
3. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeċiedu li entità ma tibqax impriża tranżitorja fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, skont liema sseħħ l-ewwel:
|
(a)
|
l-impriża tranżitorja tiġi fuża ma' entità oħra;
|
|
(b)
|
l-impriża tranżitorja ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 32(2);
|
|
(c)
|
l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha tal-impriża tranżitorja jew sostanzjalment kollha jinbiegħu lil akkwirent terz;
|
|
(d)
|
l-assi tal-impriża tranżitorja jiġu kompletament stralċati u l-obbligazzjonijiet tagħha jinħelsu kompletament.
|
|
|
Artikolu 33 4
|
4. Soġġett għall-Artikolu 26(2) u (5), kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-operat tal-impriża tranżitorja għandu jibbenefika lill-azzjonisti tal-impriża tranżitorja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|