+Artikolu 36 Trattament tal-azzjonisti meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
---+Artikolu 36 1
---+Artikolu 36 2
---+Artikolu 36 3
---+Artikolu 36 4
|
Artikolu 36 Trattament tal-azzjonisti meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu, fir-rigward tal-azzjonisti, waħda mill-azzjonijiet li ġejjin, jew it-tnejn li huma:
|
(a)
|
jikkanċellaw ishma eżistenti jew strumenti oħrajn ta' sjieda, jew jittrasferuhom lil kredituri li l-klejms tagħhom ikunu ġew ikkonvertiti;
|
|
(b)
|
dment li l-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23 turi li l-impriża taħt riżoluzzjoni jkollha valur nett pożittiv, jiddilwixxu -l-parteċipazzjonijiet eżistenti ta’ ishma jew ta' strumenti oħrajn eżistenti mis-sjieda billi jikkonvertu strumenti kapitali jew strumenti ta' dejn rilevanti maħruġin mill-impriża taħt riżoluzzjoni, jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn tal-impriża taħt riżoluzzjoni, f'ishma jew fi strumenti oħrajn ta' sjieda skont l-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni.
|
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-konverżjoni għandha ssir b'rata ta' konverżjoni li tiddilwixxi ferm il-parteċipazzjonijiet eżistenti ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda.
|
|
Artikolu 36 2
|
2. Meta jikkunsidraw liema mill-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu:
|
(a)
|
il-valwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 23;
|
|
(b)
|
l-ammont li bih l-awtorità ta' riżoluzzjoni vvalutat li elementi tal-Grad 1 għandhom jitnaqqsu u l-istrumenti kapitali rilevanti jiġu valwati negattivament jew ikkonvertiti skont l-Artikolu 38(1).
|
|
|
Artikolu 36 3
|
3. B'deroga mill-Artikoli 57 sa 62 tad-Direttiva 2009/138/KE, fejn il-konverżjoni ta' strumenti kapitali, ta' strumenti ta' dejn maħruġin mill-impriża taħt riżoluzzjoni, jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn tal-impriża taħt riżoluzzjoni, tkun tirriżulta fl-akkwist ta' jew fiż-żieda f'parteċipazzjoni kwalifikanti f'impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 57(1) ta' dik d-Direttiva, l-awtoritajiet superviżorji għandhom iwettqu l-valutazzjoni meħtieġa skont dawk l-Artikoli fil-ħin b'mod li ma jdewmux il-konverżjoni ta' strumenti kapitali jew jipprevjenu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni milli tilħaq l-objettivi ta' riżoluzzjoni rilevanti.
|
|
Artikolu 36 4
|
4. Meta l-awtorità superviżorja ta' dik l-istituzzjoni ma tkunx lestiet il-valutazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3 fid-data tal-konverżjoni tal-istrument kapitali, l-Artikolu 31(6) għandu japplika għal kwalunkwe akkwist jew żieda f'parteċipazzjoni kwalifikanti minn akkwirent li tirriżulta mill-applikazzjoni mill-konverżjoni ta' strumenti kapitali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|