1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu, fir-rigward tal-azzjonisti, waħda mill-azzjonijiet li ġejjin, jew it-tnejn li huma:
|
(a)
|
jikkanċellaw ishma eżistenti jew strumenti oħrajn ta' sjieda, jew jittrasferuhom lil kredituri li l-klejms tagħhom ikunu ġew ikkonvertiti;
|
|
(b)
|
dment li l-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 23 turi li l-impriża taħt riżoluzzjoni jkollha valur nett pożittiv, jiddilwixxu -l-parteċipazzjonijiet eżistenti ta’ ishma jew ta' strumenti oħrajn eżistenti mis-sjieda billi jikkonvertu strumenti kapitali jew strumenti ta' dejn rilevanti maħruġin mill-impriża taħt riżoluzzjoni, jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn tal-impriża taħt riżoluzzjoni, f'ishma jew fi strumenti oħrajn ta' sjieda skont l-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni.
|
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-konverżjoni għandha ssir b'rata ta' konverżjoni li tiddilwixxi ferm il-parteċipazzjonijiet eżistenti ta' ishma jew ta' strumenti oħrajn ta' sjieda.