+Artikolu 42 1

Artikolu 42 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat kollha neċessarji sabiex japplikaw għodod ta' riżoluzzjoni għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(1) jew 20(3), kif applikabbli. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat ta' riżoluzzjoni li ġejjin, li jistgħu jeżerċitaw individwalment jew fi kwalunkwe taħlita:

(a)

is-setgħa li jitolbu lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rikjesta mill-awtorità ta' riżoluzzjoni sabiex jiddeċiedu u jħejju azzjoni ta' riżoluzzjoni, inkluż aġġornamenti u supplimenti ta' informazzjoni pprovduta fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u inkluż informazzjoni li tingħata permezz ta' spezzjonijiet fuq il-post;

(b)

is-setgħa li jieħdu kontroll ta' impriża taħt riżoluzzjoni u li jeżerċitaw id-drittijiet u s-setgħat kollha mogħtija lill-azzjonisti, lil sidien oħrajn u lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża taħt riżoluzzjoni;

(c)

is-setgħa li jipprojbixxu jew jissottoskrivu negozju ġdid tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u li jqiegħdu impriża taħt riżoluzzjoni fi proċedura ta' run-off solventi ordnata u li jtemmu l-attivitajiet tagħha;

(d)

is-setgħa li jawtorizzaw impriża tranżitorja stabbilita u awtorizzata mingħajr ma tikkonforma mad-Direttiva 2009/138/KE matul il-perjodu qasir imsemmi fl-Artikolu 33(1), it-tieni subparagrafu, ta’ din id-Direttiva biex tissottoskrivi negozju ġdid tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew iġġedded negozju eżistenti;

(e)

is-setgħa li jittrasferixxu ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni;

(f)

is-setgħa li jittrasferixxu lil entità oħra, bil-kunsens ta' dik l-entità, drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet ta' impriża taħt riżoluzzjoni;

(g)

is-setgħa ta' ristrutturar ta' klejms lill-assigurazzjoni jew ta' tnaqqis, inkluż it-tnaqqis għal żero, tal-ammont ta' kapital ta' jew tal-ammont pendenti dovut fir-rigward ta' strumenti ta' dejn u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż klejms lill-assigurazzjoni, ta' impriża taħt riżoluzzjoni;

(h)

is-setgħa li jikkonvertu l-istrumenti ta' dejn u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż klejms lill-assigurazzjoni, ta' impriża taħt riżoluzzjoni f'ishma ordinarji jew fi strumenti ta' sjieda oħrajn ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ta' impriża prinċipali rilevanti jew ta' impriża tranżitorja li lilha jiġu ttrasferiti l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e);

(i)

is-setgħa li jikkanċellaw strumenti ta' dejn maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni ħlief għal obbligazzjonijiet garantiti soġġetti għall-Artikolu 35(5);

(j)

is-setgħa li jnaqqsu, inkluż inaqqsu għal żero, l-ammont nominali ta' ishma jew ta' strumenti ta' sjieda oħrajn ta' impriża taħt riżoluzzjoni u li jikkanċellaw tali ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn;

(k)

is-setgħa li jesiġu li istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew impriża prinċipali rilevanti toħroġ ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn ġodda, jew strumenti kapitali oħrajn, inkluż ishma privileġġati u strumenti konvertibbli kontinġenti;

(l)

is-setgħa li jemendaw jew jibdlu l-maturità ta' strumenti ta' dejn u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn maħruġin minn impriża taħt riżoluzzjoni jew jemendaw l-ammont ta' mgħax pagabbli fl-ambitu ta' dawn l-istrumenti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn, jew id-data li fiha l-imgħax isir pagabbli, inkluż billi jissospendu l-ħlas għal perjodu temporanju;

(m)

is-setgħa li jsaldu u jtemmu kuntratti finanzjarji, jew derivattivi;

(n)

is-setgħa li jneħħu jew ibiddlu l-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u l-maniġment superjuri ta' impriża taħt riżoluzzjoni;

(o)

is-setgħa li jirrikjedu lill-awtorità superviżorja tivvaluta lill-akkwirent ta' parteċipazzjoni kwalifikanti fil-ħin permezz ta' deroga mil-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2009/138/KE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.