5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti u l-kredituri li jkunu affettwati mill-eżerċizzju ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmi fil-paragrafu 4 ma jkunux intitolati jikkontestaw it-tnaqqis tal-ammont ta' kapital tal-istrument jew tal-obbligazzjonijiet jew il-konverżjoni tiegħu, skont il-każ, taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru għajr tal-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun eżerċitat is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni.