+Artikolu 46 Setgħa li jiġu infurzati miżuri għall-ġestjoni ta' kriżijiet minn Stati Membri oħrajn
---+Artikolu 46 1
---+Artikolu 46 2
---+Artikolu 46 3
---+Artikolu 46 4
---+Artikolu 46 5
---+Artikolu 46 6
|
Artikolu 46 Setgħa li jiġu infurzati miżuri għall-ġestjoni ta' kriżijiet minn Stati Membri oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn trasferiment ta' ishma, strumenti ta' sjieda oħrajn, jew ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet jinkludi assi li jinsabu fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew jinkludi drittijiet jew obbligazzjonijiet skont il-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, it-trasferiment ikollu effett f'dak l-Istat Membru l-ieħor, jew skont il-liġi tiegħu.
|
|
Artikolu 46 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun għamlet, jew biħsiebha tagħmel, it-trasferiment, bl-assistenza raġonevoli kollha sabiex jiżguraw li l-istrumenti ta' sjieda jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jiġu ttrasferiti lir-riċevitur f'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit applikabbli tal-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 46 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti, il-kredituri u l-partijiet terzi affettwati bi trasferiment ta' ishma, ta' strumenti ta' sjieda oħrajn, ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet kif imsemmijin fil-paragrafu 1, ma jkunux intitolati li jipprevjenu, jikkontestaw, jew jannullaw it-trasferiment taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-assi jew tal-liġi li tirregola strumenti ta' sjieda oħrajn, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet.
|
|
Artikolu 46 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitnaqqas l-ammont ta' kapital ta' strumenti kapitali, ta' strumenti ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn, jew li tali obbligazzjonijiet jew strumenti jiġu kkonvertiti, f'konformità mal-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni minn awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru ieħor għal impriża taħt riżoluzzjoni, fejn l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti rilevanti:
|
(a)
|
ikunu rregolati bil-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni;
|
|
(b)
|
ikunu dovuti lil kredituri li jinsabu fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni.
|
|
|
Artikolu 46 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti u l-kredituri li jkunu affettwati mill-eżerċizzju ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmi fil-paragrafu 4 ma jkunux intitolati jikkontestaw it-tnaqqis tal-ammont ta' kapital tal-istrument jew tal-obbligazzjonijiet jew il-konverżjoni tiegħu, skont il-każ, taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru għajr tal-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tkun eżerċitat is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni.
|
|
Artikolu 46 6
|
6. Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawn kollha li ġejjin jiġu ddeterminati f'konformità mad-dritt tal-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni:
|
(a)
|
id-dritt tal-azzjonisti, tal-kredituri u tal-partijiet terzi li jikkontestaw, permezz ta' appell kif stabbilit fl-Artikolu 67, trasferiment ta' ishma, ta' strumenti ta' sjieda oħrajn, jew ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
|
|
(b)
|
id-dritt tal-kredituri li jikkontestaw, permezz ta' appell kif stabbilit fl-Artikolu 67, it-tnaqqis tal-ammont ta' kapital, jew il-konverżjoni, ta' strument jew ta' obbligazzjoni koperti mill-paragrafu 4, il-punt (a) jew (b), ta' dan l-Artikolu;
|
|
(c)
|
is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu V, fir-rigward ta' assi, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|